AVVIŻ MID-DIPARTIMENT GĦAL SAĦĦA AMBJENTALI
Skond l-Att dwar is-Sigurta’ fl-Ikel u r-Regolament Ewropew 178 ta’ l-2002, id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali jixtieq jinforma lill-pubbliku, li bħala prekawzjoni, il-Mugs tal-kinatad-dittaPanama Vineyards m’għandhomx jiġu użati.
Dan l-avviż qed isir wara li sar moniteraġġ fis-suq lokali minn dan id-Dipartiment fejn irriżulta li l-livell taċ-ċomb f’dawn il-mugs jaqbeż il-limiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 84/500/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, li għandhom x’jaqsmu ma’ l-oġġetti taċ-ċeramika maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel.
Għall-aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel lid-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta’ filgħodu sat- 3:00 ta’ wara nofs inhar.
DOI - 03.03.2010


Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990