Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR0359
Date Icon 02/03/2010

Konferma li l-GWU kienet qablet mal-inizjattivi tal-‘budget’ u l-għajnuniet biex jilqgħu għaż-żieda internazzjonali fil-prezz taż-żejt - Reazzjoni għall-Istqarrija tal-GWU tal-1 ta’ Marzu 2010

L-istqarrija tal-GWU tikkonferma dak li ilu jgħid il-Ministru tal-FInanzi, Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech fil-kuntest tar-reviżjoni tat-tariffi b’riflessjoni taż-żieda internazzjonali tal-prezz taż-żejt. F’din l-istqarrija, il-GWU qed tammetti  li kienet ikkummentat b’mod pożittiv fuq il-budget, u l-inizjattivi li ttieħdu fih. Dan għaliex dawn l-inizjattivi kienu wkoll diskussi waqt laqgħa tal-MCESD fejn fiha kien intlaħaq qbil fuq l-għajnuna li għandha tingħata lill-konsumaturi u l-industrija fil-kuntest li ż-żidiet kellhom ikunu fuq il-livell ta’ Ottubru 2008. 

Hekk fil-fatt ġara, u huwa l-istess rapport tal-Għaqda Unions Maltin li jikkonferma li ż-żidiet kienu fuq livell ta’ Ottubru 2008, u minkejja li l-Gvern żamm l-impenji tiegħu li ħa fl-MCESD u adotta serje ta’ inizjattivi, fosthom għajnuna ta’ €10m għall-konsumaturi u għajnuna favur l-investiment għall-industrija, l-Union f’daqqa waħda, għażlet li tingħaqad mal-karru tal-Oppożizzjoni biex tipprotesta kontra dak li kien miftiehem f’laqgħa li għaliha kienet preżenti hi stess. Ironikament, wara dan, hija talbet laqgħa oħra tal-MCESD, biex imbagħad hi stess baqgħet barra milli tipparteċipa fiha. 

Sfortunatament jidher li l-għażla tal-Union hija li l-Gvern ma jerfax ir-responsabbiltajiet tiegħu fil-kuntest tar-realtajiet internazzjonali tal-enerġija, u bħall-Oppożizzjoni, tissuġġerixxi li l-Gvern għandu jibqa’ jissussidja l-ħela. L-Union taf li biex dan ikun possibbli jew ikollu jiżdied il-piż tat-taxxi fuq il-familji, jew pajjiżna jkompli jiddejjen b’riskju li jispiċċa fil-qagħda mwegħra li jinsabu fihom pajjiżi ġirien tagħna stess.  

Il-Gvern, b’għaqal se jibqa’ jieħu deċiżjonijiet mhux popolari li jħarsu lejn l-interessi tal-pajjiż, bil-għan li jkompli jsaħħaħ is-sostenibbiltà tal-provvista tal-enerġija u tal-finanzi ta’ pajjiżna, biex dan isir dejjem aktar attraenti għall-investitur, biex nibqgħu noħolqu u niddefendu l-postijiet tax-xogħol tal-familji Maltin u Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow