Left arrow Go Back

IL-BANK TAD-DEMM – STORJA TA’ SUĊĊESS U SOLIDARJETA’

PR0331
Date Icon 25/02/2010

Dalgħodu, il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’ Dr. Joe Cassar sejjaħ konferenza stampa li fiha tim immexxi minn Dr. Alex Aquilina (Direttur Bank tad-Demm) ippreżenta statistika dettaljata fuq il-ħidma tal-Bank tad-demm u r-riżultati pożittivi li nkisbu dan l-aħħar. 

Dr. Alex Aquilina spjega li ma’ tul l-2009 il-Bank tad-Demm qatt ma’ sab kriżi fl-istokk tad-demm u dan għal żewġ raġunijiet. L-ewwelnett id-donaturi tad-demm kienu konsistenti, iżda saret attenzjoni kbira biex ma’ jinħeliex demm. Dr. Aquilina ġibed l-attenzjoni li kull borża demm ipproċessata, mill-mument tad-donazzjoni sa kemm tasal għand il-pazjent tiġi tiswa madwar €100. Dr. Aquilina sostna li parti mis-suċċess tal-bank tad-demm hija bla dubju il-media. 

Dr. Joe Cassar, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’, faħħar il-ħidma bla heda tal-Bank tad-Demm u tal-ħaddiema kollha fi ħdan dan id-dipartiment. Dr. Cassar qal li t-tobba, nurses u health assistants li jaħdmu fil-Bank tad-demm huma ta’ eżempju għal ħafna għaliex jagħmlu xogħolhom “beyond their call of duty”. Il-Ministru Cassar wera wkoll l-aprezzament tiegħu lejn il-media li fuq issues ta’ saħħa jafu jkunu pożittivi u appella biex aktar nies mhux biss jagħtu d-demm imma jkunu kburin bis-sens ta’ solidarjeta’ li huma jħaddnu. 

Fl-aħħarnett il-Ministru Cassar irringrazja wkoll lid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fil-preżenza tas-Sur Martin Bugelli, id-Direttur General DOI li kien strumentali fit-tnedijja tal-fuljett informattiv li nħadem fuq inizjattiva tas-Sur Tony Micallef (Staff Nurse fil-Bank tad-Demm).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow