TAHDITA FUQ IL-KULTURA MALTIJA FIT-TUNEŻIJA
PR0327
25/02/2010
Nhar it-Tnejn 22 ta’ Frar 2010, l-Ambaxxatriċi Vicki Ann Cremona tat taħdita lill-grupp ta' nisa Tuneżini u Ewropej fuq is-suġġett ‘Il-Kultura u l-Karnival f’Malta fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann’.
Din it-taħdita tifforma parti mill-attivitajiet imfassla matul din is-sena sabiex tixxerred il-Kultura Maltija fit-Tuneżija, bil-għan li jikber l-interess f’Malta, filwaqt li jiġi attirat it-turiżmu kulturali. Bosta attivitajiet oħra li jippromwovu l-Arti u l-Kultura Maltija ġew imħejjija għas-sena 2010.
Dawn l-attivitajiet ser jibdew isiru f’bosta Ċentri Kulturali, filwaqt li l-artisti Maltin ser jibdew jieħdu sehem f’attivitajiet Kulturali Tuneżini.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990