Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ WAQT IT-TWAQQIF TAL-GHAQDA: ‘MALTESE OPERATING THEATRE NURSES ASSOCIATION’ (M.O.T.N.A) - QAWRA - 24 TA’ FRAR 2010

PR0326
Date Icon 25/02/2010

Insellmilkom, 

Huwa pjaċir kbir tiegħi li llum ninsab magħkom sabiex niċċelebraw it-twelid tal-Maltese Operating Theatre Nurses Association (M.O.T.N.A). 

Tul is-sena 2009 saru ftit inqas minn 39,000 operazzjoni jew intervent kirurġiku, jiġifieri żieda ta’ kważi 6,000 fuq in-numru ta’ operazzjonijiet li kienu jsiru fl-Isptar San Luqa.  Dan sar grazzi għax-xogħol siewi li sar minn dawk kollha li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, fosthom intkom in-nurses li xogħolkom huwa direttament fl-operating theatres. 

Il-Gvern hu impenjat li s-sena d-dieħla in-numru ta’ operazzjonijiet ikompli jikber biex jitnaqqsu iżjed il-listi ta’ stennija u nkomplu nagħtu servizz ta’ l-ogħla kwalita’ lill-pazjenti Maltin u Għawdxin.   

Nisimgħu ħafna tgergir fuq l-Isptar. Nammetti li hemm il-problemi u li rridu nsibu soluzzjonijiet mill-aktar fis possibli. Imma dan irridu nagħmluh FLIMKIEN għaliex is-Saħħa huwa servizz ta’ SOLIDARJETA’ ma’ min hu batut.  

Naf li meta tisimgħu l-kritika, tistgħu taqtgħu qalbkom. Naf li bħali, tiddejqu meta jkun hemm min idaħħal il-politika fi kwistjonijiet ta’ saħħa. Taqtgħux qalbkom, xogħolkom huwa apprezzat. Il-miri ambizzjużi li għandna għall-futur nistgħu nagħmluhom biss għax fi ħdan l-Isptar Mater Dei, hemm ħaddiema bħalkom. Ħaddiema ta’ kwalita’ li jafu xogħolhom sew imma fuq kollox b’vokazzjoni, b’dedikazzjoni u b’qalb.  

Minn qalbi ngħidilkom GRAZZI.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow