STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA
L-Industrija tat-turiżmu qed tibda turi sinjali ta’ titjib
Il-miżuri li qed jieħu l-Gvern favur l-industrija tat-turiżmu qed iħallu l-frott. In-numru ta’ turisti li qed iżuru Malta qed jibda juri titjib fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra, b’Diċembru jirreġistra żieda ta’ aktar minn 10% fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
Dan mhux qed iseħħ b’kumbinazzjoni. Qed iseħħ għax il-Gvern qed jinvesti sabiex tiżdied l-aċċessibbiltà lejn pajjiżna b’aktar rotot, għax qed jiżdied l-investiment fir-riklamar ta’ pajjiżna, għax qed issir ħidma aktar b’saħħitha sabiex jinġiebu konferenzi lejn pajjiżna, għax qed tiżdied il-koperazzjoni mal-operaturi turistiċi u għax il-Gvern qed jaħdem b’mod kontinwu biex jassigura li t-turiżmu jkompli jikber. Anke l-Oppożizzjoni qed tirrikonoxxi s-sinjali pożittivi fit-turiżmu.
Il-Pjan u l-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu huma l-bażi għall-ħidma tal-Gvern. Dawn id-dokumenti tfasslu b’konsultazzjoni l-aktar wiesgħa u bil-kontribuzzjoni ta’ ħafna entitajiet. L-Oppożizzjoni għażlet li tibqa’ barra u ma tikkontribwixxix. Huwa forsi għalhekk li l-Oppożizzjoni qed tibqa’ ssostni li dan il-Pjan u din il-Politika ma jeżistux.
L-Oppożizzjoni, fi stqarrija maħruġa llum, esprimiet tħassib dwar it-tnaqqis fin-numru ta’ passiġġieri li żaru Malta fuq cruiseliners f’Jannar.
Dan seħħ minħabba li l-maltemp wassal sabiex cruiseliner partikolari ma daħalx fil-Port il-Kbir. Li kieku dan il-vapur daħal fil-port tagħna, in-numru ta’ passiġġieri f’Jannar kien ikun ta’ ‘l fuq minn 11,000, li jitqabbel tajjeb mal-ammont ta’ 12,580 passiġġier fl-istess xahar fl-2009.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990