MALTA TIPPARTEĊIPA FL-ACT MULTICULTURAL ARTS FESTIVAL U F’EUROPE STREET F’CANBERRA
Malta, flimkien ma’ 12-il pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea u d-Delegazzjoni Ewropea, dan l-ahhar ippartecipat fil-Festival Nazzjonali u Multi-kulturali, li sar f’Canberra. F’din l-attivita’ kulturali ewlenija li ssir fil-belt kapitali ta’ l-Awstralja, Canberra, Malta ippartecipat flimkien mal-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, l-Isvezja, Slovenja u r-Renju Unit billi ffurmaw Europe Street.
L-‘istand’ ta’ Malta kien popolari ħafna fejn numru kbir ta’ Awstraljani u turisti barranin żaruh u staqsew għadd ta’ mistoqsijiet dwar Malta. Membri ta’ l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Canberra u Queanbeyan, f’isem il-Kummissjoni Għolja, għaddew il-ġurnata jitkellmu dwar Malta u jwieġbu għadd ta’ mistqosijiet dwar l-istorja twila u l-wirt kulturali Malti.
Il-popolarita’ ta’ l-istand Malti f’din l-attivita’ importanti f’Canberra, m’għandhiex tkun ta’ sorpriża meta wieħed iqis ir-relazzjonijiet pożittivi u twal bejn Malta u l-Awstralja u l-poplu tagħha. Bla dubju ta’ xejn, l-esperjenza ta’ l-emigrant Malti fl-Awstralja kienet ta’ suċċess. Dan hu dovut għax-xogħol kbir u l-ħeġġa ta’ l-emigranti Maltin u d-determinazzjoni tagħhom li jkollhom suċċess fil-pajjiż addottiv tagħhom.
‘Europe Street’ kienet opportunita’ mill-aqwa biex Malta turi x’għandha x’toffri bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990