STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA
iżdiedu l-operazzjonijiet f’Mater Dei – 39,000 operazzjoni f’sena... żieda ta’ 6,000 fuq sentejn ilu
L-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa għal darb’oħra tipprova tqarraq bin-nies u tagħti impressjonijiet foloz.
Il-politika tal-Gvern hi ċara: li jagħti l-aħjar kura tas-saħħa b’xejn lill-pazjenti u lil min ikollu bżonn il-kura.
Il-Gvern qiegħed isaħħaħ is-servizzi tas-saħħa tant li matul is-sena li għaddiet saru 39,000 operazzjoni li jfisser 6,000 aktar milli kienu saru fl-aħħar sena tal-Isptar San Luqa. L-oppożizzjoni kienet kontra l-bini tal-isptar Mater Dei u għalhekk kontra t-titjib li fost l-oħrajn qed iwassal biex aktar nies jingħataw kura u jsiru aktar operazzjonijiet.
Dwar id-dokument ta’ konsultazzjoni għat-tisħiħ tal-Kura Primarja, il-Ministeru jtenni li d-dokument sar biex iservi bħala bażi ta’ konsultazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ kulħadd u għalhekk fejn ikun meħtieġ ikun hemm it-tibdil, biex il-pazjenti jingħataw l-aħjar kura għal ġid tagħhom u tal-familji tagħhom. Bħal kull dokument ieħor ta’ konsultazzjoni, kif tħabbar meta tnieda, dak ma kienx dokument finali, iżda l-oppożizzjoni jidher li fil-vokabularju tagħha ma tafx x’jiġifieri konsultazzjoni!
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990