Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT IKOMPLI BIŻ-ŻJARAT FL-ISKEJJEL – IŻUR IL-KULLEĠĠ SAN NIKOLA

PR0297
Date Icon 19/02/2010

“Il-bażi akkademika flimkien mal-kapaċitajiet ta’ kull wiehed u waħda minnha hija importanti għax tiggarantixxi, futur sabiħ u suċċess fil-ħajja” – Dan qalu l-President George Abela lill-istudenti tal-Kulleġġ San Nikola hekk kif temm iż-żjara fil-kulleġġ bħala parti minn programm ta’ żjarat li qed jagħmel fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex. Waqt din iż-żjara l-President Abela kien akkumpanjat mill-Prinċipal tal-Kulleġġ is-Sur Anthony Sammut.  

Iż-żjarat fis-sitt skejjel tal-Kulleġġ San Nikola kienu jinkludu skejjel kemm primarji kif ukoll sekondarji u tħejja programm f’kull skola fejn il-President jiltaqa’ mal-istudenti u għalliema u segwa d-diversi proġetti u inizjattivi li għandhom dawn l-iskejjel.  

Kien ta’ pjaċir jiltaqa’ mal-istudenti ċkejknin tal-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli filgħodu fejn saret preżentazzjoni dwar kif tista’ tagħmel użu minn dieta bilanċjata b’ikel tajjeb bħal frott u ħaxix kif ukoll dwar it-tibdil fil-klima. Preżentazzjoni simili saret fl-iskola Primarja tar-Rabat fejn l-istudenti ħejjew l-ikel huma u jitgħallmu jagħżlu l-ikel li għandhom jieklu biex jikbru b’saħħithom.  Fl-iskola Primarja tal-Imtarfa l-President segwa esperiment li ħejjew l-istudenti li fih involvew lil sħabhom kollha tal-iskola. Din l-hekk imsejħa Science on Stage, hija inizjattiva tal-iskola biex tagħmel it-tagħlim tax-xjenza aktar interessanti.  

Il-President George Abela ltaqa’ mal-istudenti tal-Iskola Sekondarja tas-Subien fl-Imtarfa fejn kull nhar ta’ Ġimgħa għandhom ħin allokat għal wieħed minn sittax il-extra-curricular activity -  mezz ta’ kif l-istudenti jiżviluppaw b’mod sħiħ.  Fl-iskola sekondarja tal-Bniet fir-Rabat, il-President Abela kien mistieden jipparteċipa f’dibattitu ma’ dawn l-istudenti li fix-xhur li ġejjin ser jingħataw l-opportunita’ jduqu l-ambjent tax-xogħol f’xi impjieg li jitħajjru li jkollhom fil-futur. Kien interessanti għal President Abela hawnhekk jisma’ dwar l-aspettattivi tagħhom. Il-President faħħar din is-sistema ta’ orjentazzjoni għall-ħajja tax-xogħol u qal li x-xogħol jagħti d-dinjita’ lill-persuna.  

Fit-tmiem iż-żjara tiegħu fl-iskola Primarja Ħ’Attard il-President Abela żar in-Nurture Room fejn xi tfal jitgħallmu dwar attitudni, valuri u mġieba xierqa fis-soċjeta’, jifhmu lilhom infushom u lil dawk ta’ madwarhom. Fis-sala prinċipali l-President segwa drama qasira dwar tfajjel li xtaq isir President, irreċtata mill-istudenti u miktuba mis-Sur John Sultana, Assistent Prinċipal tal-Kulleġġ.  

Il-President George Abela wera s-sodisfazzjoni tiegħu jiltaqa’ mal-istudenti tal-iskejjel kollha u awguralhom ħafna suċċess fl-istudji tagħhom, huma li jirrappreżentaw il-ġenerazzjoni tal-futur. Irringrazzja wkoll lill-edukaturi tal-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom lejn dawn it-tfal.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow