Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR0276
Date Icon 16/02/2010

L-Oppożizzjoni sena wara, tibqa’ ma tippubblikax il-‘konklużjonijiet’ tagħha dwar l-istrateġija tal-immaniġġar tal-iskart

B’reazjoni għall-istqarrija tal-Onor Brincat, il-Ministeru jinnota li l-Oppożizzjoni sena wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni wiegħed li se jagħti sehmu fil-proċess tal-ewwel reviżjoni dwar l-immaniġar tal-iskart solidu f’pajjiżna, baqgħet siekta u ma ppubblikatx il-pożizzjoni tagħha dwar din l-istrateġija. B’din l-istqarrija l-Oppożizzjoni qed terġa’ tikkonferma kemm qed tilgħab għall-gallarija.  

Il-Gvern kien jistenna li aktar minn sena wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħabbar li se jwaqqaf kumitat ta’ esperti, l-Oppożizzjoni tippubblika kemm l-ismijiet kif ukoll il-pożizzjoni li qed jingħad li tħejjiet. Il-kummenti u l-proposti tal-Oppożizzjoni kellhom jitressqu waqt il-periodu ta’ konsultazjoni pubblika li sar sena ilu, kif għamel kull min hu ġenwin u b’mod serju jrid jikkontribwixxi għal diskussjoni serja f’dan il-pajjiż. Permezz ta’ din l-istqarrija l-Onor Brincat ikkonferma l-arronganza li timxi biha l-Oppożizzjoni fejn lesta minkejja li kienet libera li tipparteċipa fil-periodu ta’ konsultazzjoni pubblika, iżżomm u tikkappara proċess li għandu jwassal biex pajjiżna jkompli javvanza u jkompli jibni fuq is-suċċess diġà miksub fil-qasam tal-immaniġġar tal-iskart.  

Huwa faċli li l-Oppożizzjoni titkellem dwar l-accountability ta’ ħaddieħor u ma tkunx accountablegħal dak li twiegħed hi stess minn fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni. Dan juri is-superfiċjalità tal-Oppożizzjoni, li tippriedka mod u bil-fatti tagħmel mod ieħor. Il-Poplu tagħna jixraqlu aħjar. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow