STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
IL-GWU IRRIFJUTAT LI TIDDISKUTI
Waqt li l-Gvern kien qiegħed jiddjaloga mal-għaqdiet ta’ min iħaddem u mal-unions li jirrapreżentaw lill-ħaddiema f’laqgħa tal-MCESD, il-GWU għażlet li ma tidħol għal-laqgħa u qagħdet barra l-bieb ta’ fejn kienet qed issir il-laqgħa tal-MCESD.
Dakinhar saret diskussjoni matura bejn il-membri kollha tal-MCESD, ħlief il-GWU, u sar qbil dwar kif il-Gvern għandu jgħin biex f’pajjiżna jissaħħu l-impjiegi, insaħħu l-kompetittività ta’ pajjiżna u ngħinu lil dawk is-setturi li jintlaqtu l-aktar miż-żieda tal-prezz internazzjonali tal-żejt. Waqt li kienet għaddejja din id-diskussjoni, il-GWU minn jeddha għażlet li tagħmel boycott tal-laqgħa u ma tat l-ebda kontribut u ma ppreżentat l-ebda proposta.
Flok tagħti kontribut f’diskussjoni matura, il-General Workers’ Union qed tagħżel li tniżżel in-nies fit-toroq.
Fil-laqgħa ta’ diskussjoni fl-MCESD ġie deċiż li l-Gvern jiddiskuti mas-setturi differenti biex jara kif jista’ jgћinhom jinvestu biex itaffu l-impatt tal-prezz tal-enerġija. Dil-ġimgћa stess, intlaћaq bażi ta’ qbil mal-Malta Hotels and Restaurants Association. Kif għamel is-sena li għaddiet fl-eqqel tal-kriżi internazzjonali, il-Gvern se jkompli jgħin lill-industrija li tkun qed tiffaċċja diffikultajiet minħabba nuqqas ta’ ordnijiet. Is-sena li għaddiet il-Gvern salva 2,500 impjieg ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin.
Il-Gvern iddeċieda li għas-sena d-dieħla minbarra li tingħata żieda ta’ €5.82 fil-ġimgħa fil-pagi tal-haddiema u li l-pensjonanti jieħdu żieda sħiħa daqs il-ħaddiema, se jingħata wkoll allowance lill-familji biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Dan l-allowance se jingħata skont id-daqs tal-familja. Għal kull dar se jingħata €30 u magħha jiżdiedu €25 għal kull persuna li hemm fid-dar. Minn dan se jgawdu l-familji kollha li ma jaћlux aktar minn 10,000 unit fis-sena u li ma jikkwalifikawx għal-energy benefit.
28,000 familja li l-aktar għandhom bżonn għajnuna se jgawdu mill-energy benefit vouchers. Persuna waħedha tista’ tieħu sa €199 fis-sena. Familja ta’ żewġ persuni jistgħu jieħdu sa €274 fis-sena. Il-Gvern, bil-fatti qiegħed jgħin aktar lil min l-aktar għandu bżonn.
Matul l-2010 il-Gvern se jkun qieghed jibghat lill-familji Maltin 17-il miljun ewro f’allowances ghall-energija u f’energy benefit. 97% tal-familji Maltin se jgawdu minn dawn l-allowances u l-vouchers.Fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jħabbar skema ta’ għajnuna finanzjarja biex aktar familji jinvestu f’solar water heaters u f’panelli fotovoltajiċi.
Meta l-membri tal-MCESD kienu madwar mejda jiddiskutu u jaqblu dwar it-triq ‘il quddiem, il-GWU kienet assenti. Issa flok id-diskussjoni qed tagħżel li tniżżel in-nies fit-toroq wara li naqset milli twassal il-vuċi tal-membri tagħha fuq il-mejda tad-diskussjoni.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990