RINGRAZZJAMENT LILL-KORP TAL-PULIZIJA GĦAL QABDA SOSTANZJALI TA’ DROGA
PR0242
11/02/2010
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici jikkongratula lill-Korp tal-Pulizija għall-qabda sostanzjali ta’ droga li twettqet il-bieraħ f’Brikirkara minn membri tal-Iskwadra Kontra d-Droga.
Il-Ministru jfaħħar l-ispirtu ta’ sagrifiċċju li urew l-uffiċċjali involuti f’din il-ħidma li wasslet għall-qabda ta’ ħames kilogrammi raża tal-kannabis u l-arrest ta’ sitt persuni involuti fit-traffikar tad-droga.
Huwa jirringrazzja lill-membri tal-Korp ta’ dan is-suċċess li jkompli jsaħħaħ ir-riżolutezza tal-Korp tal-Pulizija fil-ħidma tiegħu kontra t-traffikar tad-droga u d-delinkwenza kriminali – ħidma li s-sena l-oħra wasslet għal qabdiet rekord ta’ droga, kif jidher mit-tabella t’hawn taħt.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990