Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

PR0212
Date Icon 05/02/2010

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern jirreferi għall-artikolu ppubblikat fil-faċċata tal-ġurnal ‘L-Orizzont’ tal-lum, il-Ġimgħa, 5 ta’ Frar 2010 u jagħmel is-segwenti punti:

Il-figura kkwotata ta’ €165,000 f’safar ma sarux mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern nnifsu imma mill-Ministeru kollu u saru biex ikopru d-diversi kumitati u impenji li, fost oħrajn, l-Unjoni Ewropea tirrikjedi. Għalhekk l-impressjoni li qed tingħata fit-titlu tal-artikolu hija għal kollox żbaljata u maqtugħa mir-realtà.

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, is-sena li għaddiet, kellu jsiefer għoxrin darba in konnessjoni mal-ħidma ma taqta’ xejn li saret sabiex, barra li jsir ix-xogħol rikorrenti fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, jsiru wkoll diversi laqgħat bilaterali li servew biex jiġu difiżi l-interessi tal-pajjiż, meta nqalgħu kwistjonijiet internazzjonali, kif ukoll biex jintlaħqu diversi miri, ewlenin fosthom li l-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil (EASO), li mill-bidu ser jimpjega mas-sittin ruħ b’salarji tal-Unjoni Ewropea u ser ikollu budget ta’ €55 miljun fuq tliet snin, jitwaqqaf f’pajjiżna.

Dawn il-vjaġġi, li l-maġġoranza assoluta tal-ispejjeż tagħhom marret fuq il-ħlas ta’ biljetti tal-ajru, b’kollox swew €49,603, li terġa’, parti minnhom ser tiġi wkoll rifuża mill-Unjoni Ewropea. Kull vjaġġ kien assolutament meħtieġ, kien marbut mad-diversi inizjattivi li ttieħdu u sar fl-iqsar żmien possibbli, b’uħud jieħdu inqas minn 48 siegħa. Ta’ min jgħid ukoll li l-ispiża finali kienet ferm inqas mill-budget allokat apposta mill-Ministeru tal-Finanzi, biex ikunu koperti spejjeż marbuta mal-inizjattiva biex Malta tirbaħ is-sit tal-EASO.

Id-donazzjoni ta’ ‘defibrillator’ mill-Malta Heart Foundation saret fuq inizjattiva tal-Fondazzjoni nnifisha u għalhekk m’għandha x’taqsam assolutament xejn mas-safar tal-Ministru.

Għalhekk, jidher ċar li l-artikolu in kwistjoni jagħti stampa għal kollox differenti minn dik attwali, jinjora kompletament ir-rwol importanti li Malta trid taqdi fl-Unjoni Ewropea, u bl-ebda mod ma jieħu kont tal-inizjattivi kruċjali li tmexxew b’tant sagrifiċċju, imma b’suċċess minn dan il-Ministeru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow