Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JOHN DALLI, MINISTRU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI, FIT-TNEDIJA TAS-SENA EWROPEA 2010 DEDIKATA LILL-ĠLIEDA KONTRA L-FAQAR U L-ESKLUŻJONI SOĊJALI – MUZEW NAZZJONALI TAL-ARKEOLOĠIJA, L-BELT VALLETTA – L-ERBGĦA, 3 TA’ FRAR 2010

PR0193
Date Icon 03/02/2010

Eċċellenza Segretarju Prinċipali Permanenti Sinjuri,

L-għodwa t-tajba u nilqgħakom għat-tnedija uffiċjali tas-sena Ewropea 2010 dedikata lill-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

I would also like to welcome with us today Dr Marios Camhis, Acting Head of the European Commission Representation in Malta. Thankyou for honoring us with your presence and I augur today’s launch will give you an overview about the 2010 European year applied to the Maltese context.

L-Unjoni Ewropea hija waħda mill-aktar zoni sinjuri fid-dinja, madanakollu l-faqar xorta jibqa’ sfida ewlenija. Madwar 80 miljun Ewropew qed jgħixu f’riskju ta’ faqar, dan jammonta għal 17 fil-mija tal-popolazzjoni kollha Ewropea.

Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija waħda mill-objettivi ewlenin tal-Unjoni Ewropea, fil-fatt waqt it-tnedija tal-istrateġija ta’ Lisbona il-kapijiet tal-Istati wegħdu li sal-2010 il-faqar jiġi eradikat. Minkejja dan, numru ta’ persuni Ewropej għadhom qed jgħixu fil-faqar.

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija ħalliet impatt fuq il-miri soċjali li kellhom pajjiżi ewropej u l-persuni l-aktar vulnerabbli kienu fost l-aktar li ntlaqtu.

Fid-dawl ta’ dan, is-sena 2010 kienet magħżula bħala s-Sena Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. L-għan ewlieni ta’ din is-sena hu li titwaqqaf kuxjenza madwar l-istati membri tal-UE dwar is-sitwazzjoni ta’ nies f’riskju ta’ faqar u esklużjoni fl-Ewropa u t-tiġdid tar-rieda politika tal-UE u l-istati membri fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Il-Miri ewlenin tas-Sena Ewropea 2010 huma:

1. Rikonoxximent tad-drittijiet – tagħraf id-drittijiet fundamentali, l-bżonnijiet u d-dinjita’ ta’ persuni li qed jesperjenzaw il-poverta’ u l-esklużjoni soċjali biex jkollom sehem sħiħ fis-soċjeta’. 2. Responsabbilta’ maqsuma u parteċipazzjoni – Il-parteċipazzjoni tas-soċjeta’ ċivili u l-impenn tal-istakeholders, bħal, Awtoritajiet Nazzjonali, dawk li jagħtu servizzi, l-imsieħba soċjali, l-pubbliku in ġenerali u l-persuni li jesperjenzaw l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Responsabbilta’ maqsuma fil-ġlieda kontra kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

3. Koeżjoni – Bil-promozzjoni ta’ soċjeta’ aktar koerziva, is-soċjeta’ in ġenerali tiggwadanja fit-tnaqqis tal-faqar. Is-sena Ewropea għandha l-għan li tqajjem kuxjenza pubblika dwar kemm huwa ta’ benefiċċju għas-soċjeta’ li l-ġid jinqasam bejn kulħadd u ħadd ma jibqa’ lura.

4. Ir-rieda u l-azzjoni konkreta – Ir-rieda politika tal-Unjoni Ewropea u l-istati membri sabiex ikun hemm impatt fuq it-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-promozzjoni ta’ din ir-rieda.

Is-sena Ewropea 2010 se ssir fis-27 stat membru u fin-Norveġja u l-Iżlanda. L-attivitajiet se jkunu fuq livell Ewropew u fuq livell nazzjonali. Kull stat membru ġie mitlub jinnomina kumitat nazzjonali organizzattiv biex jieħu ħsieb il-fondi tas-sena Ewropea fuq livell nazzjonali. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali waqqaf kumitat magħmul minn rapreżentanti magħmul minn entitajiet pubbliċi differenti fi ħdan l-istess Ministeru.

Il-Ministeru, permezz ta’ dan il-kumitat fassal programm ta’ attivitajiet li Malta se tkun qed torganizza għas-sena Ewropea. L-għan ta’ dan il-programm hu li jilħaq l-objettivi tas-sena Ewropea b’kuntest Malti, bbażata fuq studji tal-isfidi li Malta għandha fil-qasam tal-poverta’ u l-esklużjoni soċjali. Il-programm nazzjonali jħares lejn strateġija ta’ komunikazzjoni li ser tintuża. Il-programm jagħti importanza ta’ konsultazzjoni mas-soċjeta’ ċivili u l-istakeholders.

Ix-xogħol prinċipali tal-Ministeru huwa l-implementar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm nazzjonali tas-Sena Ewropea 2010. Il-Fondazzjoni għal Ħarsien Soċjali hija organu implementattiv tal-kummitat Nazzjonali u hija responsabbli għall-attivitajet tas-sena 2010.

Organizzajonijiet Volontari għandhom rwol importanti f’dawn l-attivitajiet minħabba li dawn jaħdmu ma’ persuni vulnerabli fis-soċjeta’ li qegħdin fir-riskju ta’ faqar u ta’ eskluzzjoni soċjali. Dawn ser ikunu nvoluti f’attivitajiet għas-Sena Ewropea.

L-attivitajiet ippjanati għal din is-Sena Ewropea huma numeruzi. Dawn huma intizi biex jindirizzaw l-aspirazzjonijiet ta’ dawk il-partijiet tal-poplu li qegħdin f’riskju ta’ faqar u eskluzzjoni soċjali.

L-attivitajiet tas-Sena Ewropea 2010 ser jikkommemoraw ġranet bħal jum internazzjonali tal-mara, jum dinji tas-saħħa mentali, jum internazzjonali tat-tfal, jum internazzjonali għall-anzjan u jum dinji għar-refuġjat. L-aspett ta’ poverta’ u l-eskluzzjoni soċjali ser tingħata priorita’ f’dawn il-ġranet.

Biex is-Sena Ewropea 2010, tingħata dimensjoni umana, Malta innominat 10 ambaxxaturi biex iwasslu l-messaġġ tagħhom lil dik is-sezzjoni tal-populazzjoni rappresentata minnhom. Dawn il-persuni pubbliċi ser jaħdmu direttament fuq punti li huma relatati direttament mal-poverta’ u l-esklużjoni soċjali u ser iservu biex jiġi promoss l-ispirtu tas-Sena Ewropea. Dawn l-ambaxxaturi ser jieħdu sehem f’ħafna minn dawn l-attivitajiet u jippromwovu l-objettivi tas-Sena Ewropea, u jgħollu l-perċezzjoni tal-importanza ta’ diskussjoni wiegħsa fuq il-poverta’ u l-eskluzzjoni soċjali. Dawn l-ambaxxaturi jirrappresentaw persuni vulnerabli bħal persuni b’disabilta’, nies bla dar, nies qiegħda fit-tul u ex-priġunieri.

Jiena nawgura li din is-sena tkun sena li tixpruna lill-poplu Malti kollu jingħaqad fi front wieħed kontra l-poverta’ u l-esklużjoni soċjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow