STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni ma jghidx il-verita’ dwar l-MCAST, minkejja li nghata l-fatti u prezentazzjoni dwar l-MCAST
Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat irid jaghmel l-edukazzjoni tat-tfal u taz-zghazagh ballun politiku u qieghed jghid affarijiet dwar l-edukazzjoni u dwar l-MCAST li ma jkunux minnhom.
Mhux veru li xi student ghandu bzonn €350 biex jirregistra fl-MCAST, kif allega l-Kap tal-Oppozizzjoni dal-ghodu.
L-istudenti jidhlu, jirregistraw u jistudjaw fl-MCAST bla hlas, u ghalhekk dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni li kien hemm xi studenti li kellhom bzonn €350 biex jirregistraw fl-MCAST hi qlajja’ ohra. L-istudenti tal-MCAST ma jhallsu xejn tal-istudji taghhom, u jinghataw stipendju waqt li jkunu qed jistudjaw.
L-istudenti tal-MCAST jiehdu €230 fil-bidu tas-sena fl-ismart card u jiehdu €83.86 kull 4 gimghat ghal 10 darbiet; total ta’ €1,068. Studenti li jkunu gejjin minn familji bi dhul baxx jiehdu €420 aktar u ghalhekk jinghataw €1,488.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Zghazagh, Kultura u Sports ifakkar li l-ufficjali tal-MCAST ghamlu prezentazzjoni dettaljata lill-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat dwar l-MCAST, fejn illum hemm aktar minn 5,000 student u studenta full-time li ghandhom l-opportunita’ li jistudjaw u jitharrgu. F’din il-laqgha Joseph Muscat inghata l-fatti kollha u kellu kull opportunita’ li jaghmel il-mistoqsijiet li jrid. Mhix serjeta’ l-Kap tal-Oppozizzjoni jivvinta qlajjiet dwar l-edukazzjoni biex jallarma liz-zghazagh u lill-genituri.
Din mhix l-ewwel darba li l-Ministeru qed jichad dak li jkun qal il-Kap tal-Oppozizzjoni. Kien hemm diversi okazzjonijiet ohra fejn il-Ministeru wera kif il-Kap tal-Oppozizzjoni ma kienx qed jghid il-verita’ fuq qasam daqshekk importanti.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990