Left arrow Go Back

FAĊILITAJIET ĠODDA FI SKEJJEL F’GĦAWDEX

PR0118
Date Icon 22/01/2010

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna Debono, għamlet żjara fl-iskola Primarja tal-Qala hekk kif resqin fi tmiemhom xogħlijiet intensivi ta’ manutenzjoni u tisbih f’din l-iskola. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu tikħil u tibjid fil-kurriduri u l-btieħi tal-iskola, bdil tas-servizzi tal-ilma u drenaġġ, kif ukoll bdil ta’ madum madwar l-iskola kollha. Xogħol intensiv sar matul l-vakanzi tas-sajf, kif ukoll matul dawk tal-Milied biex b’hekk seta’ jiġi evitat periklu jew tfixkil għal-lezzjonijiet, kemm għat-tfal kif ukoll għall-għalliema.  

Uffiċjali mit-taqsima tal-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex akkumpanjaw lill-Ministru, flimkien mal-Kap tal-Iskola, waqt din iż-żjara.  

Huma taw rendikont tax-xogħol li sar s’issa filwaqt li taw ukoll dettalji ta’ dak li għad fadal xi jsir. L-Onor. Giovanna Debono fissret is-sodisfazzjon tagħha għal mod ta’ kif it-taqsima tal-edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru tagħha, tikkoordina diversi xogħlijiet fl-iskejjel kollha fi ħdan il-Gozo College. Dan iwassal biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-miri f’dik li hi l-politika tal-gvern preżenti dwar l-edukazzjoni, anke fil-gżira ta’ Għawdex.  

Il-Ministeru għal Għawdex iħares lejn il-qasam edukattiv bħala għan ewlieni fil-ħidma tiegħu.  “Hu għalhekk li permezz tal-ħidma koordinata mit-taqsima tal-edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex nfittxu li ntejbu dejjem aktar il-faċilitajiet fl-iskejjel tagħna”, qalet il-Ministru Debono. Hija semmiet ukoll r-riżultati miksuba minn studenti Għawdxin fil-livelli edukattivi kollha u fissret kif dan huwa fatt inkoraġġati li jagħti wkoll riżultat pożittiv lil kull min hu nvolut fil-qasam edukattiv fil-gżira ta’ Għawdex. 

Ix-xogħlijiet li saru fl-iskola primarja tal-Qala komplew ibiddlu l-ambjent u joffru aktar sigurtà għall-istudenti. Minkejja li xogħlijiet ta’ manutenzjoni jsiru regolarment,  ix-xogħlijiet li saru dan l-aħħar kienu jinkludu bdil ta’ servizzi hekk kif din is-sena din l-iskola ser tiċċelebra l-ħamsin anniversarju mill-ftuħ uffiċjali li kien sar fis-27 ta’ April 1960. Għal xi żmien din l-iskola kienet serviet ukoll bħala skola sekondarja tal-bniet filwaqt li parti minnha kienet ukoll tintuża bħala skola tal-catering. Din it-taqsima llum inbidlet f’Istitut għall-Istudji Turistiċi ġdid permezz ta’ proġett finanzjat mill-programm ta’ fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea għal Malta 2004-2007. 

Ix-xogħlijiet koordinati mit-taqsima tal-edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex f’dawn l-aħħar xhur kienu jinkludu wkoll l-iskejjel primarji tar-Rabat, Kerċem, Żebbuġ, Għarb u Nadur. Fost xogħlijiet oħra ġew mibdula aperturi, sar bejt ġdid u ġew installati sistemi ġodda tal-elettriku u ilma.  Dan jassigura li l-faċilitajiet fl-iskejjel f’Għawdex jiġu mtejba dejjem aktar biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ dik li hi d-domanda attwali fil-qasam edukattiv tal-gżira. 

Ta’ min isemmi li f’dan il-kuntest qed tinbena skola sekondarja tas-subien ġdida, liema xogħlijiet huma taħt it-tmexxija tal-Fondazzjoni għall-iskejjel ta’ Għada, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex.     

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow