Left arrow Go Back

L-EWWEL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-PROGRAMM ITALJA-MALTA 2007-2013

PR0086
Date Icon 18/01/2010

Bħala l-Awtorita’ ta’ Koordinament nazzjonali Maltija tal-Programm Italja-Malta 2007-2013, l-Unita’ tal-Kooperazjoni Territorjali fi ħdan id-Diviżjoni għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru) qed tinforma l-pubbliku li l-ewwel sejħa għall-proposti ta’ proġetti ordinarji taħt l-Assi I u II kienet mnehdija u se tagħlaq nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Marzu 2010. 

Din is-sejħa għall-proposti ta’ proġetti hija mmirata għall-għażla ta’ proġetti ordinarji li jgħinu biex jintlaħaq l-għan prinċipali tal-Programm Italja-Malta 2007-2013: “It-tisħiħ tal-ġibda u l-kompetittivita’ taż-żona ta’ bejn il-fruntieri, fi ħdan il-qafas ta’ sostenibbilita’ ambjentali”.  

Il-proġetti magħżula se jkunu eliġibbli li jibbenefikaw minn rata ta’ kofinanzjament ta’ 85% (FEŻR). Il-proposti ta’ proġetti kollha għandhom jaqgħu taħt wieħed mill-għanijiet speċifiċi previsti mill-Assi ta’ Prijorita’ I u II: 

·        Assi I – Kompetittivita’: Riċerka u Innovazzjoni; Żvilupp Sostenibbli

·        Assi II – Ambjent, Enerġija u Prevenzjoni tar-Riskji 

Il-budget allokat għal din is-sejħa jammonta għal ħmistax-il miljun ewro (85% FEŻR u 15% kofinanzjament), fejn €7,819,149 huma allokati għall-Assi I u €7,180,851 allokati għall-Assi II. Entitajiet interessati għandhom ikunu konxji li kull proposta ta’ proġett għandha tirrispetta dawn il-ħtiġijiet: 

·       Tkun implimentata minn, mill-inqas tliet imsieħba, fejn mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Taljan u ieħor Malti;

·       Tissodisfa mill-inqas żewġ ħtiġijiet tal-Art. 19 tar-Regolament (KE) Nru. 1080/2006: żvilupp konġunt, implimentazzjoni konġunta, ħaddiema konġunti, finanzjament konġunt;

·       Ikollha allokazzjoni totali ta’ mill-inqas €300,000 u massimu ta’ €1,500,000;

·       Tagħmel enfasi fuq il-karatteristiċi ta’ bejn il-fruntieri, kemm fl-għanijiet tal-attivitajiet, kif ukoll fil-kompożizzjoni tal-isħubija;

·       Ikollu terminu massimu ta’ 24 xhar. 

Aktar informazzjoni rigward din is-sejħa tista’ tinkiseb mis-sit tal-Programm Italja-Malta 2007-2013 (http://www.italiamalta.eu), is-sit tad-Diviżjoni għall-Ippjanar u  Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (http://www.ppcd.gov.mt), jew billi ċċemplu l-Unita’ tal-Kooperazzjoni Territorjali fuq 2200 1867/2200 1164 jew is-Segretarjat Tekniku Konġunt fuq +39 (091) 7070243/066 jew stc.italia-malta@regione.sicilia.it.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow