Left arrow Go Back

ATTIVITÀ ANNWALI TAT-TCTC F’KOLLABORAZZJONI MAL-KUNSILLI LOKALI

PR0077
Date Icon 16/01/2010

”Fl-2009 55 Kunsill Lokali kkollaboraw mat-TCTC biex joffru opportunitajiet u proġetti għall-komunità f’korsijiet ta’ l-informatika”.  Dan sostnieh l-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, f’ċerimonja ta’ għoti ta’ premijiet u rikonoxximenti organizzata mit-TCTC ġewwa Il Cortile, in-Naxxar.

Chris Said rrikonoxxa x-xogħol siewi tat-TCTC fejn qed tipprovdi korsijiet fil-komunità b’kollaborazzjoni mall-Kunsilli Lokali. Is-Segretarju Parlamentari sostna li grazzi għall-emendi fil-liġi tal-Kunsilli Lokali, llum il-ġurnata l-Kunsilli huma mħeġġa biex jaħdmu fil-qrib mal-entitajiet privati għall-ġid tal-lokalità permezz ta’ public-private partnership agreements.  L-interess min-naħa tal-Kunsilli Lokali biex jipprovdu korsijiet lill-komunità tagħhom qiegħed kull ma jmur jiżdied, sostna Chris Said.

L-Onor Said għamel referenza għall-fatt li Malta kisbet l-ewwel post f’inizjattivi ta’ e-government u għalhekk f’soċjetà fejn kull ma jmur qed tiżdied l-importanza tat-teknoloġija tal-informatika, korsijiet ta’ għajnuna dwar l-użu tal-internet huma ferm utli għaċ-ċittadini ta’ kull età, miż-żgħar sal-anzjani, sostna s-Segretarju Parlamentari.

Chris Said semma wkoll li minn din is-sena ttieħdet deċiżjoni favur l-ambjent li kull dokument tal-kunsill lokali jintbgħat permezz tal-posta elettronika minflok ma dan jiġi stampat. Għal dan il-għan inħoloq indirizz elettroniku għall kull kunsillier u dawk il-ftit kunsilliera li m’għandhomx għarfien tal-internet qegħdin ukoll jingħataw it-taħriġ neċessarju, grazzi wkoll għall-kollaborazzjoni mat-TCTC, stqarr l-Onor Said.

Is-sur Ray Abela, Direttur tat-TCTC, tkellem dwar il-proġetti li għamlu suċċess fis-sena li għaddiet u wera l-pjanijiet tal-kumpanija għas-sena 2010 bi poġetti innovattivi.  Learn IT u Learn Web kienu fost l-ewwel opportunitajiet li nies li qatt ma kellhom esperjenza tad-dinja tal-kompjuters setgħu jibbenefikaw minnhom bħal nisa tad-dar, ġenituri u anzjani. ETfal kien proġett ieħor li ġie offrut lit-tfal sabiex jgħinhom fis-suġġetti akkademiċi tagħhom bl-użu tal-Internet u software interattiv.

Waqt l-attività ngħataw numru ta’ awards lill-Kunsilli Lokali għas-sehem tagħhom biex ġew organizzati l-korsijiet fil-lokalitajiet tagħhom.  

Din l-attività tat-TCTC immarkat sena oħra ta’ suċċess b’korsijiet u proġetti u tat merħba lis-sena l-ġdida 2010 b’pass determinat lejn proġetti ġodda li l-komunità tista’ tibbenefika minnhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow