Left arrow Go Back

KORSIJIET QOSRA ĠODDA GĦALL-ADULTI

PR0071
Date Icon 15/01/2010

Lejn l-aħħar ta’ Frar, ser jingħata bidu għal numru ta’ korsijiet qosra mmirati għall-adulti.  Dawn il-korsijiet qosra se jsiru fiċ-Ċentru għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fl-Imsida u huma organizzati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.

Il-Korsijiet differenti huma f’dawn is-suġġetti:

·        “Drittijiet taċ-Ċittadin” (kull nhar ta’ Tnejn);

·        “Suċċess fil-Ħajja” (kull nhar ta’ Tnejn);

·        “Apprezzament tal-Letteratura Ingliża” (kull nhar ta’ Tlieta);

·        “Nevitaw il-Periklu” (kull nhar ta’ Tlieta);

·        “Id-Dritt tal-Konsumatur” (kull nhar ta’ Erbgħa);

·        “Il-Filosofija f’Malta” (kull nhar ta’ Erbgħa);

·        “It-Trattament lill-Klijent” (kull nhar ta’ Ħamis);  

·        “Il-Psikologija fis-Saħħa Personali” (kull nhar ta’ Ħamis). 

Nies ikkwalifikati se jmexxu dawn il-korsijiet mifruxa fuq 10 gimgħat.  Kull sessjoni tibda fis-6.00 p.m.

Ir-reġistrazzjoni għal dawn il-korsijiet trid issir sa nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar 2010.  L-applikazzjonijiet jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku  (www.education.gov.mt/shortcourses.htm) jew akkwistati minn Kamra Nru. 320, Direttorati għall-Edukazzjoni, Floriana.  Hemm ħlas ta’ €18.63 ma’ kull reġistrazzjoni.  F’każ ta’ diffikulta, wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 2598 2444 jew free phone 1571.

Dettalji ta’ kull kors jinkisbu mis-sit elettroniku (www.education.gov.mt/shortcourses.htm).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow