Left arrow Go Back

MALTA TGĦIN LIS-SORIJIET TA’ MOTHER THERESA F’DELHI, L-INDJA SABIEX IKABBRU L-FAĊILITAJIET LI JIPPROVDU GĦAL TFAL B’DIŻABILITÀ.

PR0064
Date Icon 15/01/2010

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg ippreżenta għajnuna ta’ Eur 10,000 mill-fondi tal-Overseas Development Aid għal 2010 lil wieħed mill-istituti għal tfal b’diżabilità li għandha l-assoċjazzjoni mwaqqfa minn Mother Theresa fl-Indja. Fl-okkażjoni taż-żjara tiegħu fl-Indja, fejn inawgura Kummissjoni Għolja Maltija f’Delhi u Konsolat fil-belt ta’ Chennai, il-Viċi Prim Ministru żar istitut li fih jgħixu madwar 30 tifel u tifla li għandhom xi tip ta’ diżabilità. 

Dawn it-tfal ikunu fil-maġġor parti tagħhom abbandunati fit-toroq mill-familji tagħhom. Is-Sorijiet ta’ Mother Theresa għandhom 20 istitut għal tfal abbandunati f’Delhi. Dawn jgħixu permezz tal-providenza.

Il-Viċi Prim Ministru rringrazzja lis-Sorijiet għal din il-ħidma fejjieda u ta’ qalb kbira li jwettqu għal ġid ta’ dawn it-tfal. Il-Kummissarju Għoli Malti fl-Indja, Wilfred Kennely, li kien preżenti għal din iż-żjara kellu kliem ta’ tifħir għal dan ix-xogħol nobbli li jwettqu b’dedikazzjoni kbira f’Delhi. 

Mill-fondi tal-Overseas Development Aid għal din is-sena, l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ippreżenta Eur 10,000 sabiex dan l-istitut ikun jista’ jwettaq xogħol ta’ manteniment kif ukoll ikabbar dan l-istitut billi jibni kmamar ġodda.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow