Left arrow Go Back

INTRODUZZJONI TAL-BILLING AND FINANCIAL SYSTEM ĠDIDA GĦALL-KORPORAZZJONI ENEMALTA U L-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA’ L-ILMA

PR0055
Date Icon 14/01/2010

“Fl-4 ta’ Jannar ta’ din is-sena l-Korporazzjonijiet Enemalta u Water Services, flimkien mal-partnerstagħhom IBM, qalbu l-proċessi minn fuq sistemi antiki għal “IT Platform” wieħed. Dan il-platform, “SAP”, huwa software li jintuża mill-maġġoranza tal-Korporazzjonijiet għall-Utilitajiet barra min Malta, u huwa mibni biex iwassal kemm għal-livelli għoljin ta’ effiċjenza kif wkoll servizz aħjar lill-pubbliku. Il-migrazzjoni mis-sistema l-antika għas-sistema l-ġdida rnexxiet kif kien ippjanat.”  

Dan intqal mill-Onor. Austin Gatt, Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, meta dalgħodu ndirizza Konferenza Stampa li fiha ta tagħrif dwar sistema ġdida ta’ kontijiet għall-Korporazzjonijiet Enemalta u Water Services.  

Għal dan l-ewwel stadju ta’ dan il-proġett, il-Korporazzjonijiet ilhom jaħdmu għal dawn l-aħħar għaxar xhur, biex nilħqu l-mira li fil-bidu tal-2010 ikunu qed joperaw b’sistema waħda integrata.  

Mill-bidu ta’ Jannar, il-Korporazzjonijiet jibdew joħorġu l-kontijiet, kif ukoll jipprovdu s-servizzi u jaqdu n-nies minn sistema ġdida. Ovvjament l-immaniġġjar tal-finanzi, xiri u l-istores tagħhom, issa qed isir b’mod effiċjenti u integrat. 

Dawn huma l-ewwel żewġ proġetti minn erbgħa li fuqhom hu mibni l-proġett tal-IUBS. It-tnejn l-ohra huma s-Smart Metering u l-SCADA, liema proġetti għadhom fi stat ta’ żvilupp. L-erba’ proġetti ser ikunu integrati bil-għan li jintlaħqu l-ogħla livelli ta’ effiċjenzi fl-operat tal-Korporazzjonijiet. 

Il-ħaddiema taż-żewġ korporazzjonijiet kienu mħarrġa f’sistema u proċessi ġodda. Dan ifisser tibdil radikali fil-front end taż-żewġ korporazzjonijiet bl-għajnuna wkoll tal-investiment li qiegħed isir. 

Ftuħ ta’ kumpanija ġdida

Għal dan il-għan twaqqfet kumpanija ġdida bejn iż-zewġ korporazzjonijiet, Automated Revenue Management Services Limited (ARMS). L-oġġettiv ta’ l-ARMS Ltd. huwa li tintegra u tieħu responsabilita’ tal-process kollu minn meta jinqara’ l-meter sa kemm jinġabru l-flus, u dan ghaż-żewġ korporazzjonijiet.  

ARMS Ltd. ser tkun qed tmexxi wkoll il-Customer Care għaż-żewġ Korporazzjonijiet, li jfisser sew iċ-ċentri ta’ servizz li fihom ikunu qed jilqgħu n-nies, kif ukoll servizz bit-telefon u bl-internet. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet mal-unions fuq dan il-qasam. L-għan ewlieni hu dak li jingħata servizz aħjar lill-konsumatur, u ndaħħlu l-kunċett ta’ one stop shop għall-klijent.  

F’dan il-qasam ukoll ser inkomplu nirsistu sabiex inħajru lill-klijent juża servizzi elettroniċi sabiex jinqeda, billi nippremjaw lil min juża dawn it-tip ta’ servizzi. 

Parti importanti tas-sistema l-ġdida tal-Customer Care ser tkun l-introduzzjoni ta’ portal ġdid, li ser joffri lill-klijent numru ta’ servizzi li jista’ juża mill-kumdita’ ta’ daru kif wkoll ser ikollu aċċess ghal informazzjoni oħra bħal dik tal-konsum dettaljat tal-ilma u l-elettriku tieghu, liema analiżi tista’ ssir fuq perjodi ta’ siegħat.  

Huwa ppjanat li l-Portal ta’ l-ARMS Limited għandu jibda jopera u jkun ta’ servizz għall-konsumatur minn April ta’ din is-sena. Aktar informazzjoni rigward dan il-portal tinghata aktar  ’il quddiem. 

Dan l-investiment ikompli jattwa l-viżjoni ta’ dan il-Gvern fil-qasam tal-informatika.

Huwa investiment li minnu ser jibbenifikaw kemm:- 

1.     Il-Korporazzjonijiet fejn tidħol żieda sostanzjali fl-effiċjenza u tnaqqis fl-ispejjeż – Implimentazzjoni ta’ proċessi u bżonn ta’ numru anqas ta’ nies f’dan il-qasam. Bir-roll out tal-ismart meters nistennew wkoll nuqqas sostanzjali fit-telf li jġarbu l-Korporazzjonijiet, liema tnaqqis għandu mbgħad jiġi rifless fit-tariffi;  

2.      Il-klijent:- 

i.              Dan ser ikollu ħafna aktar informazzjoni għad-diżpożizzjoni tiegħu. Dan hu dritt tal-konsumatur. Il-kont se jkun ħafna aktar dettaljat, u informazzjoni dettaljata rigward il-konsum tiegħu. Din l-informazzjoni tgħin lill-konsumatur sabiex ikun jista’ jippjana il-konsum tiegħu aktar bil-għaqal u jkun aktar konxju ta’ dak li qed jikkonsma. 

ii.             Ser ikollu numri ta’ servizzi online li ser ikun jista’  jaċċessa mill-portal appena jibda jitħaddem. Qegħdin naħdmu lejn objettiv li s-servizzi kollha (fejn hu possibbli) li l-klijent jista’ jkollu bżonn mill-Korporazzjonijiet ikun jista’ japplika għalihom online u tinqata’ l-burokrazija tal-paperwork min-naħa tal-klijent;  

iii.            Bl-implimentazzjoni tal-ismart meters ser ikun qed isir pass ieħor lejn l-awtomatizzazzjoni tal-proċess kollu. Hawnhekk il-klijent ukoll ser jibbenefika mill-fatt li l-kontijiet kollha tiegħu ser jinħargu fuq bażi ta’ kont attwali u mhux aktar stimi.  

Mill-ewwel, b’din is-sistema ġdida, kien possibbli li tinbidel id-dehra u l-format tal-kont tad-dawl u l-ilma – b’mod li jipprovdi lill-klijent b’iżjed informazzjoni fuq il-konsum tieghu, kif ukoll spjegazzjoni dettaljata ta’ kif jinħadem il-kont.   

Punti saljenti rigward il-kont il-ġdid

1.    Il-kont ser ikun maqsum fuq żewġ paġni, l-ewwel pagna tinkludi sommarju, u t-tieni paġna il-kont f’aktar dettall; 

2.    Fuq it-tieni paġna ta’ kull kont il-klijent ser ikollu stima tal-carbon footprint ekwivalenti għall-konsum li jkun ikkonsma fil-perjodu tal-kont; 

3.     Ser jingħata skont ta’ €3 fuq kull kont għal dawk il-klijenti li jużaw id-direct debit; 

4.   Ser jibdew jiġu ċċarġjati l-interessi b’rata ta’ 6% fis-sena awtomatikament fuq il-kont lil dawk il-klijenti li ma jħallsux il-kont sa 45 ġurnata mid-data tal-kont. F’dan il-kaz, l-interessi jiġu ċċarġjati mill-15-il ġurnata tad-data tal-kont. Il-massimu li tagħtik il-ligi hija ta’ 9% fis-sena; 

5.    Fix-xhur li ġejjin ser jiddaħħal servizz ieħor ta’ budget billing, fejn klijent jista’ jagħmel ftehim li jħallas l-istess ammont kull xahar. Bl-ammont totali mħallas fuq sena bejn wieħed u iehor ikun ekwivalenti għall-kont tal-klijent fuq sena. La darba jiddaħħal dan is-servizz jingħataw ukoll skont għal min jogħġbu jużah. 

Dan il-proġett kollu jieħu spinta akbar meta fil-pajjiż kollu tiddaħħal is-sistema ta’ l-iSmart Metersgħax ikun hemm il-proċess kollu integrat u diversi skemi oħra jistgħu jkunu ntrodotti wkoll, bħal per eżempju skema tal-prepaid.  

Il-klijent se jibda jirċevi ktejjeb biex ikollu spjegazzjoni dettaljata tal-kont. Barra minnhekk se jkunu qed jintwerew riklami fuq it-televiżjoni u anke fuq il-ġurnali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow