AVVIŻ LEGALI DWAR IL-KARTA TAL-IDENTITÀ
PR0054
14/01/2010
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali javżaw li permezz ta’ Avviż Legali Nru. 28 tal-2010, dawk il-karti tal-identità maħruġa wara Jannar, 2002, li skadew, se jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru, 2010.
Għaldaqstant, sakemm ċittadin ta’ Malta ma jkunx ser juża l-karta tal-identità bħala dokument għall-ivvjaġġar jew persuna oħra m’għandha l-ebda tibdil x’tagħmel fid-dettalji personali ta’ fuqha, il-karta tal-identità m’għandhiex tinbidel.
Jinħarġu avviżi informattivi aktar ‘il quddiem.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990