Left arrow Go Back

A H1N1 - JIBDEW JITLAQQMU T-TFAL

PR0047
Date Icon 13/01/2010

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jħabbar li l-proċess ta’ tilqim kontra l-Influwenza  A H1N1 baqa’ għaddej u se jimxi għall-fażi li jmiss.   

B’seħħ minn għada, il-Ħamis 14 ta’ Jannar, se jkunu jistgħu jitlaqqmu wkoll tfal li għandhom minn 6 xhur sa 5 snin.  

Tfal  ta’ din l-eta’ huma meqjusa bħala l-grupp l-aktar vulnerabbli li jmiss.  Għaldaqstant il-ġenituri huma mħeġġa biex  imorru f’xi Ċentru tas-Saħħa jew l-isptar Ġenerali t’Għawdex biex ilaqqmu lit-tfal.

Il-Ħinijiet li fihom jista’ jitlaqqam kull min hu eliġibbli issa huma: 

Mit-Tnejn sas-Sibt -Mill-10.00 a.m.  sas-1.00 p.m.                                                      Mit-3.00 p.m.sas-7.00 p.m.
Sptar Ġenerali Għawdex -Mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.

Huwa importanti li t-tfal ikunu akkumpanjati minn ġenitur.  Jekk dan mhux possibli, min jakkumpanja lit-tfal irid jieħu nota miktuba minn ġenitur u kopja tal-karta tal-identita’ tal-ġenitur. Trid tiġi ppreżentata wkoll il-karta jew ktieb tat-tilqim (Immunisation Record Card).   

Sal-bieraħ filgħaxija kienu tlaqqmu total ta’ 46,928 persuna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow