STQARRIJA TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI (MCESD)
L-MCESD jiċħad allegazzjonijiet infondati ta’ One News
L-allegazzjonijiet kollha mxandra fuq l-aħbarijiet ta’ llum it-Tlieta 12 ta’ Jannar fuq One News b’rabta mat-tmexxija tal-MCESD huma kollha foloz.
Is-Segretarju Eżekuttiv tal-MCESD s-Sur Joe Montebello (u li One News jirreferi għalih bħala John), informa lic-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali li se jirreżenja fis-7 ta’ Diċembru u ta l-ittra tar-riżenja tiegħu fid-9 ta’ Diċembru. One News jallega li s-Segretarju Eżekuttiv irriżenja minħabba t-tmexxija tal-Kunsill u minħabba l-laqgħat li saru dwar it-tariffi tad-dawl u l-ilma. Effettivament, is-Sur Joe Montebello irreżenja qabel ma tħabbru t-tariffi, u l-Kunsill ġie infurmat bir-riżenja tiegħu fil-laqgħa tal-14 ta’ Diċembru li saret fis-2.30pm. It-tariffi tħabbru aktar tard fil-għaxija. Għalhekk il-konkluzjoni ta’ One News li s-Segretarju rreżenja minħabba l-proċess ta’ diskussjoni dwar it-tariffi hi allegazzjoni falza.
Dawn id-dati setgħu faċilment ġew konfermati mal-MCESD madanakollu One News għażel li jxandar storja mingħajr ebda bażi ta’ verita’. Ir-rapport fih ukoll allegazzjonijiet oħra foloz fosthom li c-Chairman waħħal fis-Segretarju dwar il-proċess ta’ laqgħat fl-MCESD, li saret pressjoni fuq is-Segretarju u li c-Chairman kellu xi parir li ma jitlaqqax l-MCESD. Dawn huma kollha qlajjiet infondati.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990