Left arrow Go Back

L-OPPOŻIZZJONI TIPPREŻENTA MOZZJONI WARA LI L-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN QAL PUBBLIKAMENT LI L-EMENDA SE TIDĦOL FIS-SEĦĦ

PR0039
Date Icon 11/01/2010

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Carm Mifsud Bonnici diġà ddikjara, il-ġimgħa li għaddiet, li l-Artiklu 355AT li jipprovdi għall-assistenza legali se jidħol fis-seħħ. 

L-Oppożizzjoni ppreżentat il-mozzjoni tagħha llum, propju għaliex taf li l-emenda se tidħol fis-seħħ.  Li din l-emenda se tidħol fis-seħħ ixxandret nhar il-Ħamis li għadda fuq il-PBS f’intervista li ta l-Ministru Carm Mifsud Bonnici.  Għalhekk l-Oppożizzjoni ppreżentat il-mozzjoni wara li l-Ministru qal pubblikament li din l-emenda se tidħol fis-seħħ. 

Il-Ministeru jiddikjara wkoll li flimkien ma’ din l-emenda, il-Gvern qed jaħdem biex isaħħaħ il-Pulizija fl-investigazzjonijiet li jsiru, fosthom billi jinxtara apparat tad-DNA.  Il-proċess għax-xiri diġà beda. 

Il-Ministeru se jagħmel ukoll proċess intern ta’ diskussjoni dwar l-investigazzjoni u l-proċess kriminali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow