L-ETIKA B’RISQ IL-MARID - KTIEB TA’ MONS. CHARLES VELLA SPONSORJAT MILL-FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI
Fil-ġimgħat li ġejjin il-Ministeru għall-Politika Soċjali se jkun qed iniedi ktieb intitolat ‘L-Etika b’risq il-marid’, miktub minn Mons. Charles Vella. Dan il-ktieb jipproponi li jagħti l-etika wiċċ uman, sabiex toħroġ il-persuna tal-bniedem marid.
Dan il-ktieb issawwar fuq esperjenzi ma’ ġenb is-sodda tal-marid. L-esperjenza ta’ Mons. Vella speċjalment l-għoxrin sena ta’ servizz fl-isptar San Raffaele f’Milan għenuh jagħmel riflessjonijiet profondi marbuta ma’ mistoqsijiet etiċi li jagħmlu l-morda, t-tobba u l-infermiera.
Din m’hix l-ewwel darba li Mons. Vella għamel riflessjonijiet dwar il-problemi etiċi li jiltaqgħu magħhom it-tobba u l-infermiera u operaturi oħra fil-qasam tas-saħħa. Fil-fatt huwa diġa għamel riflessjonijiet meta ħareġ il-verżjoni Taljana ta’ dan il-ktieb intitolat Etica a Servizio della Persona Malata u meta ħareġ dan il-ktieb fl-Ingilterra u fl-Irlanda taħt l-isem Ethics and the Sick.
Dan il-ktieb miktub b’mod mexxej hu mibni fuq esperjenzi veri u huwa għodda importanti għall-edukazzjoni u formazzjoni ta’ kull min jaħdem fil-qasam tas-saħħa.
Dan il-ktieb se jkun imniedi nhar is-7 ta’ Jannar, 2010 fis-6.30 p.m. mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, l-Onor. Joe Cassar fil-preżenza ta’ Mons. Charles Vella u numru ta’ personalitajiet mill-qasam mediku Malti. It-tnedija se ssir fis-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa, Palazzo Castellana, 15, Merchant's Street, Valletta.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990