STQARRIJA TAD-DIVIZJONI TAS-SAHHA
pr2258
31/12/2009
| Mill-awtopsja li saret fuq ir-raba’ vittma li | miet f’pajjiżna mill-A H1N1 ġie konfermat li ż-żagħżugħ miet kawża ta’ din l-infezzjoni. |
| Mir-riżultati magħrufa sa issa din il-persuna ma | kienet tbati minn ebda marda li b’xi mod setgħet tiggrava s-sitwazzjoni. Kif normalment isir wara ħafna awtopsji, qed isiru aktar testijiet. |
| Intant wara li nhar il-Tnejn bil-lejl waslet l-ewwel | kunsinna ta’ 100,000 doza ta’ vaccin, mill-għada, it-Tlieta, bdew jitlaqqmu persuni li jaħdmu fil-qasam tas-sahha. Sal-10 ta’ dalgħodu kienu tlaqqmu 741 persuna. |
| Minn nhar is-Sibt 2 ta’ Jannar 2010, fic-Centri | tas-Saħħa kollha se jitlaqqmu persuni li għandhom mard kroniku u nisa tqal. Biex persuna tingħata t-tilqima trid tieħu magħha l-identity card, l-kartuna s-safra jew inkella referenza mingħand it-tabib. |
| Il-pubbliku hu mħeġġeġ biex f’kas ta’ diffikulta’ | iċempel fuq il helpline 2132 4086 |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990