Left arrow Go Back

IL-KUNSILL LOKALI TAL-ĦAMRUN L-EWWEL LI REBAĦ IL-GOLDEN STARS AWARD TAL-UNJONI EWROPEA

pr2254
Date Icon 30/12/2009
Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun sar l-ewwelKunsill Lokali Malti li rebaħ il-Golden Stars Award tal-programm tal-Unjoni Ewropea ‘Ċittadini għall-Ewropa’. Il-Ħamrun ipparteċipa bil-proġett ‘Minn Carpineto Romano għall-Ħamrun - Ewropa waħda’, li ġie mfaħħar bħala l-aħjar wieħed minn Malta u l-aħjar flimkien ma’ tliet pajjiżi oħra tal-UE.
Illum l-Onor Chris Said, SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario De Marco iltaqgħu mal-membri tal-Kunsill biex jifirħulhom għal dan l-unur prestiġġjuż.
Il-Kummissjoni Ewropea tagħti dan l-unurspeċjali bħala rikonoxximent għal proġetti ta’ suċċess u li ħallew impatt tajjeb fil-qasam taċ-ċittadinanza Ewropea. Dan l-unur hu ppremjat mill-Kummissjoni Ewropea lil organizzazzjonijiet lokali u reġjonali għall-impenn tagħhom, biex itejbu u jiżviluppaw aspetti soċjali u kulturali fil-komunita`.
Il-Ħamrun rebaħ bil-proġett tiegħu ta’ġemellaġġ ma’ Carpineto Romano fl-Italja, proġett li twettaq f’Mejju li għadda b’attivita` li ttellgħet għall-ewwel darba f’Malta – il-festival tal-Palio della Carriera fit-toroq tal-Ħamrun, avveniment li tradizzjonalment jittella f’Carpineto Romano, villaġġ fil-Lvant ta’ Ruma. Dan il-festival jinkludi parati b’personaġġi lebsin il-kostum tal-epoka, logħob bil-bnadar akkumpanjat minn daqq ta’ tnabar u trumbetti, mużika folkloristika, ikliet u tiġrijiet tal-Palio biż-żwiemel. L-attivitajiet organizzati matul il-laqgħat ta’ ġemellaġġ, ipprovdew opportunità biex jintwera kif wirt storiku u għeruq kulturali komuni jistgħu joħolqu esperjenza ta’ identità komuni.
L-Onor. Chris Said faħħar lill-Kunsill Lokalital-Ħamrun għal dan l-akkwist importanti li mhux biss huwa unur għall-Ħamrun imma unur għall-pajjiż kollu. Il-Kummissjoni Ewropea għażlet tmien ġemellaġġi minn fost mijiet li saru fl-2009 bħala eżempji ta’ prattiċi tajba u li ġabu ċ-ċittadini ta’ bliet u rħula minn pajjiżi differenti aktar qrib xulxin.
Is-Segretarju Parlamentari Said fisser kiff’Malta, l-ġemellaġġi bdew fl-1994 u llum għandna aktar minn tmenin ġemellaġġ formali b’aktar minn 90% jkunu minn lokalitajiet Maltin ma’ lokalitajiet f’pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Hu enfasizza l-importanza li l-ġemellaġġi jwasslu biex jibbenefikaw iċ-ċittadini u mhux jibqgħu ftehim bejn l-amministraturi taż-żewġ lokalitajiet. Huwa propju għalhekk li l-ġemellaġġ bejn il-Ħamrun u Carpineto Romano ngħata dan l-unur għaliex fih ġew involuti erbatax-il għaqda volontarja mill-Ħamrun, qal Chris Said.
Chris Said spjega kif fl-2009 l-ġemellaġġita’ lokalitajiet f’Malta u Għawdex ġew regolati permezz ta’ Avviż Legali dwar il-ġemellaġġi. L-iskop prinċipali huwa kif il-ġemellaġġi jservu verament ta’ benefiċċju għar-residenti u li l-istess ġemellaġġi mhux jiġu finalizzati u jieqfu hemm, iżda jinżammu ħajjin permezz ta’ diversi inizjattivi. L-istess Avviż Legali jgħin lill-Kunsilli Lokali sabiex jiksbu fondi mill-Unjoni Ewropea permezz tal-‘Europe for Citizens’ li huwa intiż biex jgħin il-ġemellaġġi.
Matul l-2009, 11-il Kunsill Lokali ħadu fondimill-Unjoni Ewropea biex jiffinalizzaw ġemellaġ. Fost dawn hemm il-Ħamrun u din il-ġimgħa stess tliet Kunsilli Lokali oħra – l-Imġarr, Ta’ Xbiex u l-Għarb –kellhom l-applikazzjoni tagħhom aċċettata.
Is-Segretarju Parlamentari Said qal ligħall-2010 qed isir pjan biex ikun hemm promozzjoni ta’ Malta u Għawdex fost ir-residenti tal-lokalitajiet barranin ġemellati ma’ lokalitajiet Maltin. Issemma l-eżempju tal-Mellieħa, li rreklamat lil Malta u l-Mellieħa f’260,000 residenza f’Ċipru permezz tal-ġemellaġġ.
Dr. Chris Said stqarr ukoll li beda x-xogħolgħall-proposta biex għall-ewwel darba jsir festival tal-ġemellaġġi fejn jiġu mistiedna artisti mil-lokalitajiet kollha ġemellati fl-istess żmien f’Malta.
L-Onor. Mario De Marco għalaq l-attivitàbilli għamel aċċenn għall-importanza tat-turiżmu fil-lokalitajiet ta’ Malta kollha u mhux biss f’dawk iż-żoni kkunsidrati bħala żoni turistiċi, għax kull villaġġ għandu l-potenzjal turistiku permezz tal-awtentiċità u l-esperjenzi differenti li joffri.
Dr De Marco spjega kif biex jintlaħaq danil-għan, l-Awtorità tat-Turiżmu flimkien mad-Direttorat għall-Gvern Lokali qed jagħtu l-għajnuna finanzjarja biex matul l-2010 jsiru 56 attività mifruxa f’aktar minn 40 lokalità.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow