Left arrow Go Back

STQARRIJA  MILL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN

pr2232
Date Icon 26/12/2009

Apprezzament ghax-xoghol tal-Forzi tal-Ordni fi Zmien il-Festi

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, jixtieq jesprimi l-apprezzament tiegħu lill-membri kollha tal-forzi tal-ordni u jfaħħarhom għall-ħidma tagħhom matul dan iż-żmien ta’ festi. 

Tul dawn il-ġranet, mijiet ta’ membri tal-Korptal-Pulizija u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jkun qed jaqdu dmirijiethom b’sens ta’ dover u sagrifiċċju sabiex aħna nkunu nistgħu ngawdu dawn il-festi mal-familji u ħbieb tagħna b’rasna mistrieħa li hemm min qiegħed jieħu ħsieb is-sigurtà tagħna. Tabilħaqq dan huwa żmien meta x-xogħol għall-membri ta’ dawn il-korpi jiżdied.
Għalhekk, filwaqt illi jappella biex kullħaddigawdi dawn il-jiem ta’ festi mingħajr eċċessi u b’responsabilità, il-Ministru Mifsud Bonnici f’isem il-poplu Malti, jirringrazzja lill-uffiċjali kollha għall-ħidma fejjieda u għas-sagrifiċċji li jagħmlu għall-ġid tas-soċjetà tagħna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow