IL-PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA FIT-TURIZMU - GĦAWDEX 2009
pr2227
23/12/2009
| Il-Gozo Tourism | Association organizzat it-tieni edizzjoni tal-Premju Ħaddiem tas-sena fit-Turiżmu – Għawdex. L-edizzjoni ta’ dan il-premju għas-sena 2009 intrebħet minn Mario Mifsud li għandu 56 sena, li 36 minnhom għaddihom bħala ħaddiem fis-settur turistiku. Illum huwa inkarigat mit-taqsima tal-manutenzjoni ma’ aġenzija ewlenija fis-settur tal-kiri tal-farmhouses f’Għawdex. Fir-rapport tal-bord ta’ l-għażla, li kien immexxi għal darba oħra mill-Imħallef Victor Caruana Colombo, ġie spjegat kif ma kienx faċli għall-bord li jasal għal deċiżjoni finali minħabba li d-disa’ persuni li ġew nominati kollha għandhom kwalitajiet tajbin u permezz tas-servizzi tagħhom qed jagħtu kontribut siewi fil-qasam tat-turiżmu f’Għawdex. |
| Kelliem għal Gozo | Tourism Association qal li dan il-premju twaqqaf bil-għan li jippremja ħaddiema li jiddistingwu ruħhom fix-xogħol tagħhom fil-qasam turistiku. Iżda minbarra li jirrikonoxxi s-servizz mogħti minn individwi, dan il-premju jippromwovi servizz ta’ kwalità li jikkumplimenta l-prodott turistiku Għawdxi. Għaldaqstant hija t-tama ta’ l-organizzaturi li dan il-premju joħroġ aspettattivi pożittivi u b’hekk aktar ħaddiema Għawdxin jiġu mħajra jaqbdu karriera f’dan is-settur tant importanti għal żvilupp soċjo-ekonomiku f’Għawdex. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għat-Turiżmu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor Mario DeMarco, tkellem ukoll dwar l-importanza ekonomika tat-turiżmu għal gżejjer Maltin. Huwa semma numru ta’ inzjattivi li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin biex kemm jista’ jkun jittaffa l-impatt negattiv tal-kriżi ekonomika li ħakmet swieq internazzjonali matul din is-sena. Huwa għamel referenza wkoll għad-diversi inizjattivi partikolari meħudin mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta sabiex tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta. Huwa temm id-diskors tiegħu billi awgura lil dawk kollha nnominati u saħaq fuq l-importanza li għandhom ir-riżorsi umani fl-industrija tat-turiżmu. |
| L-Onor. Giovanna | Debono, Ministru għal Għawdex, ippreżentat il-premju lir-rebbieħ. Waqt li ndirizzat lil dawk preżenti, hija fissret is-sodisfazzjon tagħha għax-xogħol siewi li sar bis-saħħa tal-koperazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex li ġiet imwaqqfa fuq inizjattiva ta’ l-istess Ministeru. Filwaqt li ferħet lir-rebbieħ awgurat kemm lil dawk li ġew nominati kif ukoll lil tant oħrajn li jaħdmu f’dan is-settur f’Għawdex. Il-Ministru Giovanna Debono saħqet li s-settur turistiku għandu bżonn attenzjoni partikolari u kien għalhekk li fost l-ewwel proġetti li ġew imwettqa f’Għawdex bis-saħħa ta’ ko-finanzjament minn fondi Ewropej, kien hemm numru ta’ proġetti relatati ma’ dan is-settur. Dawn kienu jinkludu l-bini ta’ Istitut għal Studji Turistiċi, il-proġett tan-Niche Tourism indirizzat għall-qasam ta’ l-għadds kif ukoll proġetti marbuta mal-wirt storiku bħalma huma ċ-Ċittadella, il-Ġgantija u l-mużew ta’ l-Arkeoloġija. |
| Waqt is-serata ġie mfakkar ukoll għeluq l-għaxar | anniversarju mit-twaqqif tal-Gozo Tourism Association u ingħatat ħarsa lura lejn ix-xogħol imwettaq matul dawn l-għaxar snin. Tkellmu wkoll il-President attwali s-sur Paul Scicluna kif ukoll is-Sur Joe Muscat li ilu jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali minn meta ġiet imwaqqfa l-GTA. Fost il-mistednin distinti kien hemm preżenti l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, is-Sur Anton Tabone li kien ukoll l-ewwel Ministru għal Għawdex, flimkien mas-Sur Josef Formosa Gauci, Kap Eżekuttiv ta’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990