JINGĦATA BIDU GĦALL-BINI MILL-ĠDID TAT-TRIQ TA’ PINU
pr2226
23/12/2009
| Għadu kif ingħata bidu għal-bini mill-ġdid | tat-Triq ta’ Pinu, li ser tkun waħda mill-ewwel proġetti mwettqa f’Għawdex bis-saħħa ta’ ko-finanzjament mill-Programm ta’ Fondi ta’ Koeżjoni għal Malta 2007-2013. Ir-rikostruzzjoni ta’ din it-triq hija parti minn proġett akbar li jinkorpora wkoll il-bini tat-Triq tax-Xlendi. Dan il-proġett ser ifisser il-bini mill-ġdid ta’ 2.5 kilometri ta’ toroq, u huwa stmat li se jiswa madwar €9,480,000. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jtejjeb l-aċċessibilità lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu u tal-bajja tax-Xlendi, li huma żewġ attrazzjonijiet turistiċi ewlenin tal-gżira ta’ Għawdex. |
| Il-bini tat-triq ta’ Pinu se jinvolvi twessiegħ | tat-triq, bini mill-ġdid tal-ħitan, bankini kif ukoll street furniture. Ix-xogħol fuq din it-triq ta’ madwar kilometru, jinsab għaddej b’ritmu tajjeb u mistenni jitlesta fiż-żmien stipulat. Sa issa sar it-twessiegħ tat-triq kif ukoll il-pedamentital-ħitan il-ġodda. Sadanittant il-ħamrija li qed tkun skavata waqt it-twessiegħ tat-triq se tintuża għall-proġett ta’ afforestazzjoni f’dik li kienet il-barriera ta’ Isopu, fin-Nadur. Saru arranġamenti biex it-traffiku jiġu devjat għal rottta alternattiva sakemm ikunu għaddejjin ix-xogħlijiet. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna | Debono, għamlet żjara fuq il-post fejn għaddejjin ix-xogħlijiet. Hija esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal mod ta’ kif inhu miexi x-xogħol. Hija tkellmet dwar l-importanza ta’ dan il-proġett u spjegat kif minbarra li hija parti minn triq arterjali, din it-triq tintuża wkoll minn bosta Għawdxin, Maltin u barranin li matul is-sena jżuru s-Santwarju ta’ Pinu. Saħqet li dan ix-xogħol infrastrutturali fuq din it-triq se jkun ifisser li l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex se tkompli tiġi msaħħa permezz ta’ fondi li Malta kisbet permezz tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Giovanna Debono żiedet tgħid li dan il-proġett huwa wieħed mill-bosta proġetti li ser ikunu qed jiġu finanzjati mill-10 fil-mija ta’ fondi Ewropej li ġew imwegħda mill-Gvern Malti għal Għawdex u li permezz tagħhom il-Ministeru għal Għawdex ser ikompli jaħdem biex jtejjeb il-kwalità tal-ħajja fil-gżira Għawdxija. |
| Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Fondi ta’ | Koeżjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għal perjodu 2007 – 2013, fejn 85% se jiġi ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-15% l-oħra se jiġu ffinanzjati minn fondi nazzjonali. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990