FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAL-FOLK F’MALTA
pr2224
23/12/2009
| Il-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Tarxien, Ħaż-Żebbuġ u | l-Kalkara qed jorganizzaw bejniethom is-Seba’ Edizzjoni tal-Festival Internazzjoni tal-Folk f’Malta fl-aħħar jiem ta’ dan ix-xahar. Dan il-festival qed jittella bil-kollaborazzjoni tal-kumpanija M&E Management Group, u bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fl-Ufficcju tal-Prim Ministru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu permezz tal-iskema ta’Attivitajiet għall-Kunsilli Lokali. |
| F’dawn l-attivitajiet ser jipparteċipaw diversi | pajjiżi barranin permezz ta’ gruppi folkloristiċi bil-kostumi tradizzjonali tagħhom u baned li ser jallegraw il-pubbliku . |
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said faħħar il-fatt illi għall-ewwel darba tlett kunsilli lokali qed jingħaqdu flimkien biex jorganizzaw din iċ-ċelebrazzjoni folkloristika. L-avvenimenti ser isiru fit-tlett lokalitajiet rispettivi u jibdew min-nhar it-28 ta’ Dicembru fejn ser issir sfilata minn dawn il-gruppi fil-Kalkara, fid-29 ta’ Diċembrru f’Ħaż-Żebbuġ u fit-30 ta’ Diċembru jingħalqu l-attivitajiet f’Ħal Tarxien fis-6.00pm minn fejn ser titlaq l-isfilata u ddur minn diversi toroq tar-raħal. L-isfilata tispiċċa fi Ġnien Joanne fejn issir kompetizzjoni ta’ żfin folkloristiku fuq il-palk fic-ċentru tal-ġnien. |
| Ma’ dawn il-gruppi ser ukoll jippartecipa | l-Grupp Folkloristiku tal-Kunsill li ser imexxi l-isfilata fit-toroq. |
| Chris Said stqarr li f’dan | ix-xahar huma 11-il Kunsill Lokali qed jibbenefikaw minn l-iskema ta’ attivitajiet, fosthom in-Naxxar, Raħal Ġdid u l-Mellieħa li qed itellgħu programmi b’suċċess marbuta mal-festi tal-Milied. Hu qal li din iċ-ċelebrazzjoni li ħolqu t-tlett kunsilli lokali se tkun qed toffri atmosfera ferreħija f’dan iż-żmien ta’ festi. Chris Said fakkar li f’lejliet l-aħħar tas-sena ser ikunu qed jittellgħu avvenimenti fit-triq prinċipali ta’ Floriana u fir-Rabat Għawdex organizzati wkoll mill-Kunsilli Lokali. |
| Is-Segretarju Parlamentari | stqarr din l-iskema għall-attivitajiet tal-Kunsilli Lokali hija waħda minn 20 skema ta’ għajnuna lill-kunsilli lokali għall-2010, u dawn l-iskemi għandhom jitħabrru fil-ġimgħat li ġejjin. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990