Left arrow Go Back

ĠIEĦ LILL-ARTIST WISTIN CAMILLERI WAQT L-20 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAĊ-ĊENTRU TAL-ARTI U L-ARTIĠJANAT

pr2216
Date Icon 21/12/2009
Fiċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-ArtiġjanatWistin Camilleri f’Għawdex, saret ċerimonja kommemorattiva li fakkret l-20 sena mill-ftuħ tal-iskola, kif ukoll it-tletin sena mill-mewt Wistin Camilleri li għalih issemma l-istess Ċentru.
Matul din iċ-ċerimonja, l-Onor. GiovannaDebono, Ministru għal Għawdex inawgurat monument f’ġieħ Wistin Camilleri, li wara tbierek mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex.
Il-monument inħadem u ġie mogħti lill-iskola,mill-iskultur Kav. Alfred Camilleri Cauchi, li jiġi iben l-artist Wistin Camilleri, filwaqt li l-pedestall tal-monument inħadem minn Manuel Saliba fuq disinn ta’ Camilleri Cauchi nnifsu. Il-monument inħadem taħt is-sorveljanza ta’ Josef Camilleri, li jiġi n-neputi ta’ Wistin Camilleri.
Dawk preżenti għall-inawgurazzjoni setgħujżuru l-parti l-ġdida tal-iskola li nbniet permezz ta’ proġett ko-finanzjat minn fondi Ewropej. Huma setgħu jsegwu dak li kien għaddej fid-diversi workshops biex b’hekk orjentaw ruħhom mas-suġġetti li kienu qegħdin jiġu mgħallma.
Għal din l-okkażjoni ġiet inawgurata wkollwirja ta’ xogħlijiet maħduma minn parteċipanti li jattendu korsijiet fl-istess skola. L-attività ġiet fi tmiemha bi tnedija ta’ mobile theatre li ġie kkummissjonat mill-Kulleġġ ta’ Għawdex u maħdum mill-għalliema fl-istess Ċentru, biex permezz tiegħu jkunu jistgħu jintwerew puppet shows lill-istudenti fl-iskejjel madwar Għawdex.
Waqt din l-attivita’, il-Ministru għalGħawdex, l-Onor. Giovanna Debono, qalet li dan iċ-ċentru żviluppa minn Skola tal-Arti u l-Artiġjanat għall-kumpless li qed jagħti kontribut fl-iżvilupp sostenibbli fir-rigward ta’ tagħlim għal matul il-ħajja. Dan b’mod partikolari fit-tagħlim u t-taħriġ tar-riżorsi umani, speċjalment fil-konfront ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol, li għandhom l-għan li jiddiversifikaw il-kompetenzi tagħhom fir-rigward ta’ opportunitajiet ta’ xogħol.
Il-Ministru saħqet li l-kollaborazzjonikontinwa bejn il-Ministeru għal Għawdex u ċ-Ċentru Wistin Camilleri issarrfet u ser tibqa’ tissarraf f’suċċessi għal Għawdex. Semmiet ukoll il-parteċipazzjoni ta’ dan iċ-ċentru fil-programm Blended Learning Environmental Science (BLES) li ra lil 24 parteċipant jiksbu ċertifikat li jippermettilhom jaħdmu f’oqsma ta’ separazzjoni jew immaniġġjar ta’ diversi kwalitajiet ta’ skart. Saħqet li dan kollu jikseb valur miżjud meta wieħed iqis il-politika tal-gvern fir-rigward ta’ dik li hi l-viżjoni eko-Għawdex.
L-estensjoni tal-bini fiċ-Ċentru Għawdxi ta’l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri sar b’investiment ta’ madwar €870,000 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2004 – 2006; u kien jinkludi wkoll bini ta’ Crafts Incubation Centre.
Matul din is-sena, 1,250 student qed jattendulezzjonijiet f’diversi korsijiet li qed jiġu mtellgħa f’dan iċ-ċentru. Il-korsijiet jinkludu dak tal-arti organizzat għal persuni b’diżabilità kif ukoll ieħor li jipprovdi tagħlim extra kurrikulari għal studenti ġejjin mill-iskejjel sekondarji filwaqt li qegħdin isiru sessjonijiet ta’ taħriġ għal dawk li qed ifittxu x-xogħol, b’kollaborazzjoni ma’ l-ETC f’Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow