Left arrow Go Back

IL-KUNSILL LOKALI TA’ PEMBROKE F’ATTIVITÀ MAT-TFAL LI TRAWWEM KULTURA FAVUR IL-ĦARSIEN TAL-AMBJENT

pr2214
Date Icon 21/12/2009
Il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke llum organizzaattività mat-tfal tal-iskola Primarja ta’ Pembroke li fiha tqassmu basktijiet taċ-ċarruta lill-istudenti b’appoġġ għall-ħarsien tal-ambjent tal-lokalità.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said stqarr li dan huwa ġest sinjifikanti anke minħabba l-fatt li l-attività ġiet imtella’ fl-iskola l-ġdida ta’ Pembroke li fiha sar investiment kbir fl-użu tal-enerġija alternattiva. Din l-iskola hi l-ewwel binja f’Malta li ma tirċevix kont tad-dawl u li tiġġenera aktar elettriku milli għandha bżonn b’mod li trodd l-elettiku żejjed lill-pajjiż. L-iskola għandha l-ikbar sistema ta’ pannelli fotovoltajiċi fuq binja tal-Gvern, li tiġġenera sa 36,000 unit tal-elettriku fis-sena. Chris Said qal li l-Kunsill Lokali ħa din l-inzjattiva li timxi id f’id mal-kuxjenza li qed titrawwem fl-iskola primarja ta’ Pembroke, sabiex tikber il-kultura favur il-ħarsien tal-ambjent fit-tfal.
L-Onor Chris Said faħħar ukoll il-fatt lil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke issa huwa firmatarju tal-Patt tas-Sindki, favur ambjent sostenibbli u għalhekk għandu d-dover u r-responsabbilità akbar biex iħares l-ambjent.
Fil-jiem li ġejjin, il-Kunsill ta’ Pembroke sejkun qed jagħti kuntratt għall-installazzjoni ta’ pannelli voltajiċi li se jeħlu fuq il-bejt tal-Kunsill biex ikun iġġenerat bejn wieħed u ieħor minn 1.5 sa 2.2 kilowatts ta’ enerġija mix-xemx. Fix-xhur li ġejjin, bħala membru fil-Patt tas-Sindki, il-Kunsill se jkun qed jagħmel eżerċizzju fil-lokal kollu biex issir evalwazzjoni tal-kapaċitajiet u sistemi li jistgħu jsiru fil-lokal b’sistemi aktar nodfa ta’ enerġija alternattiva, kemm solari kif ukoll mir-riħ.  Il-Kunsill hu attiv ukoll fit-tħawwil ta’ siġar fil-lokal kull sena biex itafffi l-impatt negattiv fuq l-ambjent.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow