Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

pr2199
Date Icon 18/12/2009
Il-Kumitat Parlamentari dwarl-Affarijiet Soċjali jinforma lill-pubbliku in ġenerali li qed iniedi proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-importanza li għandu r-rwol tal-missier fil-familja b’mod partikolari fejn tidħol it-trobbija tat-tfal.
Il-Kumitat qed iniedi dan il-proċess wara liddiskuta dokument fejn ġie kkunsidrat ir-rwol u l-valur tal-preżenza u r-responsabilità tal-missier, kemm f’familja fejn il-ġenituri jkunu flimkien, u anke meta l-ġenituri jisseparaw u fejn s-sitwazzjoni tkun ġeneralment ikkaratterizzata minn konflitti bejn ir-ragel u l-mara.

Kopja ta’ dan id-dokument li huwa aċċessibli fuq il-websajt tal-Parlament http://www.parliament.gov.mt/socialaffairscommittee jevalwa dawn it-temi u rakkomandazzjonijiet;

·       Ir-rwol tal-missier għandu jiġi spjegat permezz ta’ edukazzjoni għall-koppji miżżewġa u oħrajn li għad iridu jiżżewġu, inkluż koppji li jiżżewġu biċ-ċivil kif ukoll edukazzjoni favur komunikazzjoni aħjar bejn il-ġenituri, u bejn il-ġenituri u l-ulied;

·       Tneħħija tar-Reġistrazzjoni tal-Unknown Father;

·       Ħtieġa ta’ Family Therapy Unit fl-iskejjel tagħna;

·       Ħtieġa ta’ aktar miżuri family-friendly

·       Aktar inċentivi għal attivitajiet familjari

·       L-involviment tal-missier fit-tħejjija ta’ qabel it-tqala pprovdut mill-Istat

·       Sistema edukattiva li ma tagħmilx pressjoni żejda fuq t-tfal u l-ġenituri

·       Edukazzjoni b’saħħitha favur saħħa sesswali

·       Evalwazzjoni tal-benefiċċji soċjali

·       Il-familja fis-separazzjoni b’mod partikolari fejn jidħlu l-interessi tal-ulied

·       Jissaħħu s-servizzi għat-tfal fil-Qrati

·       Ħtieġa ta’ riċerka dwar l-effett tan-nuqqas tal-missier fir-realtà tal-familja Maltija

·       It-tfal u l-Qorti

·       Kura u Kustodja 

Kull sottomissjoni bil-miktub għandha tasal għand il-President tal-Kumitat, l-Onor. Edwin Vassallo, mhux aktar tard mill-Ġimgħa 26 ta’ Frar, 2010. Kull sottomissjoni tista’ tintbagħat fuq l-indirizz elettroniku socialaffairs.parliament@gov.mt, jew indirizzata lill-President,  Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, Kamra tad-Deputati, Valletta. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow