Art pubblika għall-benefiċċju tal-isport
pr2189
17/12/2009
| Nhar l-Erbgħa | filgħaxija, s-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi żar it-Tarxien Rainbows Club f’Ħal Tarxien waqt sessjoni ta’ training tan-nursery tal-club li tħaddan madwar 300 tifel u tifla. |
| Din iż-żjara | ssegwi ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Club biex tgħaddi biċċa art pubblika għand il-Club imsemmi, biex din tiġi żviluppata f’faċilitajiet sportivi għall-benefiċċju tat-tfal. Din hija waħda minn sensiela ta’ biċċiet ta’ art li l-Gvern għadda għand għaqdiet sportivi reċentement permezz tal-Kunsill Malti għall-isport. |
| Jason Azzopardi qal | li għal darb’oħra, l-Gvern kien qed juri l-impenn tiegħu b’mod konkret biex jgħin għaqdiet u entitajiet volontarji li jagħmlu l-ġid fis-soċjeta’ tagħna. Filwaqt li huwa faħħar il-ħidma fil-qasam sportiv tas-Segretarju Parlamentari Clyde Puli, huwa fakkar kif il-Gvern iktar kmieni din is-sena, għadda għadd ta’ artijiet lil entitajiet sportivi madwar Malta u Għawdex biex jiġu żviluppati f’faċilitajiet għat-tfal. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Jason Azzopardi heġġeġ lit-tfal jipprattikaw l-isports għax dan huwa mportanti, u flimkien ma’ l-istudju, jagħti lit-tfal ħajja iktar kompluta. |
| F’dan il-każ | partikolari għaddiet biċċa art ta’ madwar 800 metru kwadru mingħand il-Gvern. Din l-art tinsab biswit il-ground tal-football eżistenti u ser tingħaqad ma’ biċċa art oħra li diġa kienet proprjeta’ tal-Club, biex fuqha jinbnew faċilitajiet sportivi kif ukoll jinbena l-istand, li minnu l-ġenituri u dawk li jkunu jixtiequ jsewgu l-logħob ikunu jistgħu jagħmlu dan. |
| Is-Segretarju | Parlaqmentari Jason Azzopardi temm jgħid li “dan huwa eżempju ċar ta’ għajnuna konkreta fil-qalba tal-lokalitajiet tagħna, li tissarraf f’ġid lis-soċjeta’.” |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990