Left arrow Go Back

Ġbir u Użu tat-Tamiflu

pr2188
Date Icon 17/12/2009
Minnnhar it-Tnejn, 21 ta’ Diċembru 2009, l-istrateġija għall-kontroll ta’ infezzjonijiet bil-virus Influwenza A(H1N1) ser tinbidel għal waħda ta’ trattament.
Fuqir-rakkomandazzjonijiet tal-World Health Organisation (WHO) u l-ECDC min-nhar it-Tnejn 21 ta’ Diċembru, pazjenti li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin u li jkollhom sintomi tal-influwenza ser jibdew jingħataw it-Tamiflu mingħajr ma jiġu ttestjati fuq preskrizzjoni ta’ tabib:

·        Nisa tqal, irrispettivament mill-istadju tat-tqala tagħhom;

·        Tfal taħt il-ħames snin, irrispettivament mis-severita’ tal-influwenza;

·        Nies ta’ kull eta’ li jkunu qed ibatu minn influwenza u li jkunu qed juri sinjali ta’ kumplikazzjonijiet;

·        Nies li jkollhom l-influenza mingħajr kumplikazzjonijiet, izda għandhom riskju akbar li jiżviluppaw xi kumplikazzjoni bħal ma huma  persuni li jbatu  minn mard kroniku tal-pulmun, qalb, kliewi, fwied u dijabete, kif ukoll dawk li għandhom is-sistema ta’ difiża tagħhom dgħajfa. 

Dawk il-persuni li ma jaqgħux f’dawnil-kategoriji għandhom jiġu ttrattati bħal influwenza oħra u mhux se jingħataw Tamiflu.
Dawkil-persuni li jiġu preskritti riċetta ta’ Tamiflu għandhom jibagħtu persuna li għandha ‘il fuq minn 18-il sena biex jiġbrulhom it-Tamiflu minn wieħed minn dawn il-postijiet.

Spiżeriji tal-Gvern:

B’Kara, Paola, Mosta, Cospicua, Floriana, Qormi, Luqa, Gżira

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 13.00

Is-Sibt                                      08.00 – 12.00

Sptar Mount Carmel

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 14.30

Is-Sibt                                      08.00 – 12.00

Sptar Karen Grech

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 15.30

Ċentri Tas-Saħħa

B’Kara, Paola, Mosta, Cospicua, Floriana, Qormi, Luqa, Gżira

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 13.00

Is-Sibt                                      08.00 – 12.00

Sptar Mount Carmel

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 14.30

Is-Sibt                                      08.00 – 12.00

Sptar Karen Grech

Mit-Tnejn  sal Ġimgħa         08.00 – 15.30

Għawdex

Spiżerija tal-iSptarĠenerali – 08:00-13:00
Uffiċċjuamministrattiv –          13:00hrs sat 8 tal-għada filgħodu

Riċetti ta’ mistura tat-Tamiflu għat-tfal jinġabru biss mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, li hija miftuħa l-ħin kollu, kif ukoll mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jikkopera mal-awtoritajiet biex ikun jista’ jingħata l-aħjar servizz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow