DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-PASSING OUT PARADE TA’ REKLUTI ĠODDA TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA - BARRACKS TA’ ĦAL LUQA – L-ERBGĦA, 16 TA’ DIĊEMBRU 2009
pr2178
16/12/2009
| L-okkażjoni | tal-lum hi ġurnata ta’ sodisfazzjon għalikom u għall-membri tal-familji tagħkom, iżda hi wkoll ġurnata ta’ memorji għall-familja oħra li kienet qed isegwi lill-binha fil-Forzi Armati ta’ Malta. Insellem lil Gunner Matthew Psaila u lill-familja tiegħu. Matthew Psaila s-sena l-oħra kien magħna hawnhekk bħala rekluta ġdid. Matthew kien eżempju ta’ suldat impenjat. |
| Ħadt gost nara | lil dawn ir-rekluti ġodda jagħtuna din il-parata, wirja li timmarka t-tmiem tat-taħriġ bażiku tagħhom, u tirrifletti l-impenn qawwi li huma wrew f’dawn l-aħħar erba’ xhur. L-eżerċizzju tal-lum jimmarka wkoll il-bidu ta’ karriera fil-Forzi Armati ta’ Malta għal kull wieħed u waħda minn dawn is-suldati ġodda. Kull wieħed u waħda minn dawn iż-żgħażagħ għażlu karriera ta’ dixxiplina u ta’ servizz għal pajjiżna. Ta’ dan għandhom l-ammirazzjoni tagħna. Illum meta ħafna miż-żgħażagħ jgħixu ħajja komda m’hix ħaġa faċli li ssib persuni li jidħlu għall-impenn li tirrikjedi karriera bħal din, iżda dawn għamlu din l-għażla – nirringrazzjakom u nifirħilkom. |
| Dawn ir-rekluti qed jidħlu fl-Armata fi żmien | interessanti ħafna. L-Armata ilha għal dawn l-aħħar snin għaddejja minn proċess ta’ titjib fuq diversi livelli, u dan it-titjib mistenni jkompli għaddej matul ix-xhur li ġejjin. |
| Ftit snin ilu tejjibna l-kundizzjonijiet | tax-xogħol tas-suldati u l-uffiċjali kollha fl-Armata, b’turija ta’ rispett u apprezzament għas-servizz validu li dawn jagħtu lil pajjiżna. Kull persuna gawdiet minn qabża fil-grad, u b’riżultat ta’ hekk gawdiet ukoll żieda fil-paga. Qed jiġu ndirizzati wkoll xi anomaliji li rriżultaw minn dan it-tibdil li sar. |
| Wara waqfa ta’ diversi snin reġgħu bdew isiru | l-promozzjonijiet fuq bażi regolari. Aħna mpenjati li jsir eżerċizzju ta’ promozzjonijiet kull sena biex jimtlew il-postijiet li jkunu ġew vakati. Bħalissa wasal biex jintemm proċess ieħor – l-ewwel wieħed li sar wara reviżjoni tal-proċess li permezz tiegħu s-suldati jiġu assessjati għall-promozzjoni. Diġà kien sar progress kbir fil-mod kif jingħataw il-promozzjonijiet, grazzi għall-impenn partikulari tal-Brigadier Vassallo. Issa mxejna pass ieħor u ħloqna proċess immirat li jassigura aktar ġustizzja, dejjem ibbażat fuq il-prinċipji tal-meritokrazija, il-kontabbiltà u t-trasparenza. Bis-sistema l-ġdida għall-ewwel darba suldati fil-Forzi Armati kellhom l-opportunità li jkunu jafu mis-superjuri tagħhom jekk humiex qed ikunu rrakkomandati għall-promozzjoni. Dan isir qabel ma jinħarġu l-promozzjonijiet, biex b’hekk is-suldat ikun jaf x’inhi l-pożizzjoni tiegħu, u jingħata gwida dwar x’ħiliet għandu jikseb jew itejjeb biex javvanza fil-karriera. Ġie mwaqqaf ukoll Bord biex jissorvelja l-proċess sħiħ. Bħala parti minn dan il-proċess ġie ppubblikat ktejjeb li fih hemm miġbura l-informazzjoni relatata mal-proċess tal-promozzjoniet għas-suldati fil-Forzi Armati ta’ Malta. |
| Wara dan l-ewwel eżerċizzju se ssir ukoll | evalwazzjoni biex inkomplu ntejbu fuq dak li diġà għamilna. |
| Komplejna niżviluppaw it-taħriġ li noffru | lis-suldati u lill-uffiċjali tagħna, u dan se nkomplu nagħmluh. Bħalissa qed titwaqqaf taqsima biex it-taħriġ fl-Armata jingħata dejjem aktar importanza – pass importanti fil-mixja lejn Armata dejjem aktar professjonali. It-taħriġ huwa imperattiv fil-Forzi Armati ta’ Malta, għaliex huwa l-garanzija ta’ suċċess fl-operazzjonijiet militari li jkollna f’pajjiżna u barra minn pajjiżna. Anzi, dan huwa l-bidu ta’ sfidi interessanti għal dawk li jixtiequ jsegwu l-karriera tagħhom. L-Armata tagħna tgħożż il-valur tat-taħriġ, u aħna impenjati li nkomplu ninvestu biex b’hekk ikompli joħroġ il-potenzjal tar-riżors uman tagħna. Matul dawn l-aħħar snin, l-Armata mhux biss investiet f’taħriġ lokalment; iżda uffiċjali f’diversi gradi ngħataw l-opportunità li jirċievu t-taħriġ tagħhom fl-aqwa ċentri militari fid-dinja. L-opportunitajiet ta’ taħriġ u esperjenzi militari barra minn pajjiżna se jiżdiedu bil-parteċipazzjoni ta’ Malta fis-Sħubija għall-Paċi, il-Partnership for Peace. |
| It-taħriġ jipprepara lis-suldati u l-uffiċjali | tagħna biex jagħtu servizz tajjeb l-ewwel nett lil pajjiżna. Jippreparahom ukoll biex jikkontribwixxu u jieħdu esperjenza f’kollaborazzjoni ma’ korpi militari barranin. Il-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta f’missjonijiet u operazzjonijiet barra minn xtutna, barra milli joffri opportunità u sfida lis-suldati tagħna, timliehom bil-kuraġġ biex ikomplu jagħtu kontribut siewi għall-paċi fid-dinja. Minbarra l-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta f’missjonijiet fil-Baħar Mediterran, bħal Frontex u POSEIDON, għandna rappreżentanza fuq missjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, u uffiċjal fl-Ingilterra li qed jipparteċipa f’missjoni tal-Unjoni Ewropea li tmexxi operazzjoni marittima barra l-kosta tas-Somalja. |
| Filwaqt li Armata professjonali tiddependi fuq | taħriġ u esperjenza, dan m’huwiex biżzejjed. L-apparat u t-teknoloġija llum huma fatturi essenzjali biex l-Armata tkun tista’ taqdi r-rwol tagħha b’mod effettiv. Fil-ġranet li għaddew ġew approvati żewġ miljuni u nofs ewro biex isir titjib fuq helicopter Alouette III, jiġu mmodernizzati magni għall-ajruplan Islander kif ukoll isir programm ta’ taħriġ għall-bdoti u t-tekniċi li hemm fl-Iskwadra tal-Ajru. B’dawn il-fondi l-Armata se tkun f’pożizzjoni li topera bi tliet helicopters kif ukoll iżżid id-distanza li l-ajruplan jkun jista’ jtir, u jiżdied tagħmir sofistikat għat-tiftix u salvataġġ. L-investiment se jkompli s-sena d-dieħla bix-xiri ta’ ajruplan ġdid kif ukoll b’erba’ laneċ ġodda. |
| Is-sena d-dieħla l-Armata ser tkun qiegħda | timmodernizza s-sistema ta’ komunikazzjoni biex b’hekk tkun tista’ ttejjeb l-operat tagħha, b’mod partikulari fil-qasam tal-problema tal-immigrazzjoni irregolari. B’sodisfazzjon Malta gawdiet l-appoġġ tal-membri tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex l-Aġenzija dwar l-Ażil titwaqqaf f’Malta. Dan l-Uffiċċju ta’ ko-ordinament u implimentazzjoni ta’ politika komuni dwar l-Ażil se jiftaħ is-sena d-dieħla u sal-2013 se jkunu investiti fih 40 miljun ewro. |
| Dan huwa tassew żmien eċċitanti għall-Armata. U | dan qed jiġi rifless f’aktar interess biex żgħażagħ bħalkom li qed niċċelebraw magħkom illum ifittxu li jservu fl-Armata ta’ pajjiżna. U dan qed ikun possibbli għal aktar u aktar persuni wara li minn sena ilu reġgħet bdiet tiġi infurzata regola li persuna tista’ tibqa’ sservi fl-Armata sa meta tagħlaq 55 sena. |
| Fl-ewwel ġranet tas-sena d-dieħla se jtemm | il-karriera twila tiegħu mill-Armata l-Kap Kmandant, il-Brigadier Karm Vassallo. Brigadier, nieħu din l-opportunità biex f’isem il-Gvern u l-Poplu Malti nirringrazzjak tas-servizz li tajt lill-Armata tul is-snin. Napprezza ħafna li inti għamilt l-almu tiegħek biex tara lill-Armata tiżviluppa. Taħt it-tmexxija tiegħek, l-Armata għamlet passi kbar ‘l quddiem fil-modernizzazzjoni tagħha. L-Armata li għandna llum taf ħafna mis-suċċessi tagħha lilek. Napprezza wkoll li inti, wara dawn is-snin kollha għandek esperjenza vasta u valida, u nispera li ma ndumx ma jkolli opportunità li nitolbok tagħti il-kontribut tiegħek f’oqsma oħra. |
| F’din l-okkażjoni rrid nirringrazzja lil dawk | l-uffiċjali kollha li joffru t-taħriġ lis-suldati tagħna. U lilkom rekluti ġodda nawguralkom sehem attiv f’din l-avventura bżonnjuża – komplu agħtu sehemkom lil pajjiżna b’mod professjonali. Persważ li dan diġà qed tagħmluh, komplu għamlu hekk minn qalbkom, għall-ġid tas-soċjetà tagħna. Nawgura li din tkun avventura impenjattiva li trendi, u li pajjiżna jkun dejjem kburi bikom. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990