Left arrow Go Back

STQARRIJA DWAR IL-VOT DEĊIŻIV TA’ MR SPEAKER FIS-SEDUTA PARLAMENTARI TAL-14 TA’ DIĊEMBRU 2009

pr2168
Date Icon 15/12/2009
B’riferenza għal rapporti fil-mezzi tal-istampau x-xandir dwar il-votazzjonijiet meħuda fis-seduta Nru 177 tat-Tnejn, 14 ta’ Diċembru 2009, l-Uffiċċju tal-iSpeaker qed jiċċara l-fatti.
F’din is-seduta il-Kamra kellha quddiemhagħad-diskussjoni mozzjoni Nru 113 biex jinħatar Kumitat Magħżul biex jikkonsidra r-regolamentazzjoni tal-prokreazzjoni medikament assistita, u mozzjoni Nru 114 biex jinħatar Kumitat Magħżul biex jibda proċess ta’ rikodifikazzjoni u konsolidazzjoni tal-liġijiet ta’ Malta.
Skond ftehim milħuq fil-Kamra fl-10 ta’ Novembru2009, il-Kamra qablet li jsir dibattitu wieħed fuq iż-żewġ mozzjonijiet, iżda li kull mozzjoni imbagħad tiġi votata separatament.
Għall-mozzjoni Nru 113, dik dwar il-ħatra ta’Kumitat Magħżul biex jikkonsidra r-regolamentazzjoni tal-prokreazzjoni medikament assista, saru żewġ emendi – waħda mill-Onor Anglu Farrugia fis-seduta tal-11 ta’ Novembru 2009, u oħra sottomessa mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor Tonio Borg fis-Seduta tal-14 ta’ Diċembru 2009.
L-Ordnijiet Permanenti jipprovdu li meta l-Kamratiġi biex tivvota f’każ bħal dan l-iSpeaker iqiegħed l-ewwel il-mistoqsija fuq l-emendi u ssir il-votazzjoni fuq hekk, imbagħad iqiegħed il-mistoqsija fuq il-mozzjoni kif emendata, jekk ikun il-każ.
Fi tmiem id-dibattitu fuq il-Mozzjoni 113, MrSpeaker qiegħed il-mistoqsija fuq l-ewwel emenda li kienet daħlet, dik tal-Onor Anglu Farrugia, u ntalbet votazzjoni. Il-votazzjoni ttieħdet wara għoxrin minuta kif jitolbu l-Ordnijiet Permanenti.  Peress li r-riżultat tal-votazzjoni kien indaqs, 32 favur u 32 kontra, Mr Speaker issospenda s-seduta biex jirrifletti fuq id-deċiżjoni dwar l-eżerċizzju minnu tal-vot deċiżiv kif mitlub skont l-artikolu (2) tal-artikolu 71 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u skond subinċiż (2) tal-Ordni Permanenti Nru 21. L-iSpeaker eżerċita l-vot deċisiv tiegħu kontra din l-emenda għar-raġunijiet kif spjegati fid-deċiżjoni tiegħu (Ara kopja tad-deċiżjoni hawn annessa). B’hekk din l-emenda ma għaddietx.
Imbagħad l-iSpeaker qiegħed il-mistoqsija fuql-emenda mressqa mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Tonio Borg. Hawn ukoll intalbet votazzjoni li ttieħdet wara għoxrin minuta. Ir-riżultat tal-votazzjoni reġa’ kien indaqs. Mr Speaker reġa’ eżerċita l-casting vote u, għall-istess raġunijiet mogħtija fil-każ tal-emenda tal-Onor Anglu Farrugia, ivvota kontra l-emenda tal-Viċi Prim Ministru b’riżultat li l-emenda m’għaddietx.
Mr Speaker imbagħad qiegħed il-mistoqsija fuqil-mozzjoni dwar il-ħatra ta’ Kumitat Magħżul tal-Kamra biex jikkonsidra r-regolamentazzjoni tal-prokreazzjoni medikament assistita kif oriġinarjament ippreżentata mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin fis-Seduta Nru 157 tal-10 ta’ Novembru 2009. Reġgħet intalbet votazzjoni li ttieħdet wara għoxrin minuta. Din id-darba r-riżultat tal-votazzjoni kien ta’ 33 vot favur u 32 vot kontra, u l-mozzjoni għaddiet. Hawn evidentement l-iSpeaker ma kellux għalfejn jeżerċita l-vot deċisiv għax irriżultat maġġoranza favur ta’ voti ta’ Membri preżenti u li jivvotaw. Il-mozzjoni għaddiet bil-voti tal-Onorevoli Membri mingħajr ebda intervent tal-iSpeaker.
Il-Kamra mbagħad għaddiet biex tivvota fuqil-Mozzjoni 114. Anke hawn l-iSpeaker l-ewwel poġġa għall-vot l-emenda tal-Onor Anglu Farrugia għall-mozzjoni Nru 114 dwar il-ħatra ta’ Kumitat Magħżul tal-Kamra biex jibda proċess ta’ rikodifikazzjoni u konsolidazzjoni tal-liġijiet ta’ Malta. L-emenda m’għaddietx bi 32 vot favur u 33 vot kontra. Il-mozzjoni kif preżentata mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg fis-Seduta Nru 177 tal-14 ta’ Diċembru 2009, għaddiet ukoll bi 33 vot favur u 32 vot kontra. Iż-żewġ votazzjonijiet ittieħdu kull waħda wara li għaddew l-għoxrin minuta preskritti fir-regolamenti tal-Kamra.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow