Left arrow Go Back

PROĠETT IEĦOR B’RISQ AKTAR AĊĊESSIBILTÀ U EDUKAZZJONI INKLUŻIVA F’GĦAWDEX

pr2157
Date Icon 14/12/2009
Ġie inawgurat lift ġdid fl-iskolasekondarja tal-bniet tal-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex.  Dan il-lift ser jippermetti aċċessibiltà għall-klassijiet u faċilitajiet kollha f’din l-iskola li bħalissa tilqa’ aktar minn mitejn studenta li qed jattendu forms 1 sa 5 f’din li hi waħda miż-żewġ skejjel sekondarji tal-knisja f’Għawdex.
Għal din l-okkażjoni ġie organizzat programm ta’attivitajiet li għalih attendew, fost l-oħrajn, is-Sinjura Margaret Abela, l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor Chris Said u l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Minbarra diskorsi ta’ l-okkażjoni ngħataw wirjiet ta’ kant u żfin minn studenti, fosthom wheelchair dance routine minn studenta li tattendi din l-iskola.
Il-proġett tal-lift ġdid fl-iskolasekondarja wassal biex issa l-klassijiet u l-faċilitajiet f’din l-iskola, huma aċċessibbli f’kull livell, inkluż dawk fl-iskola primarja li tagħmel parti mill-kumpless tal-Konservatorju tal-Isqof. Il-Kap ta’ l-iskola, is-Sinjorina Rita Sultana spjegat kif dan il-proġett kien wieħed bżonnjuż biex l-iskola tkun tista’ taqdi l-funzjoni tagħha għal edukazzjoni inklużiva. Hija qalet li dan il-proġett iddependa mill-ġenerożità ta’ ħafna mill-ġenituri u minkejja li saru xi donazzjonijiet, fosthom donazzjoni mill-Malta Community Chest Fund, xorta għad fadal ammont sostanzjali x’jinġabar biex ikopri l-ispejjeż relatati miegħu.
Il-lift ġie nawgurat mis-Sinjura MargaretAbela u wara ġie mbierek mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, li wara żaru l-faċilitajiet tal-iskola flimkien mal-Onor. Giovanna Debono u l-Onor. Chris Said. Il-Ministru għal Għawdex faħħret l-inizjattiva meħuda minn din l-iskola li permezz tal-ħidma tagħha qiegħda tikkontribwixxi fil-qasam edukattiv f’Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow