Left arrow Go Back

Pjazza San Ġorġ tilqa’ fiha l-istudenti li jipparteċipaw fil- programm EkoSkola

pr2148
Date Icon 11/12/2009
Pjazza San Ġorġ dalgħodu kienet mimlija bit-tfaltal-iskejjel li jipparteċipaw fil-programm eko-skola. Dawn l-istudenti kellhom l-opportunita’, li jipparteċipaw f’numru ta’ attivitajiet li ġew organizzati għalihom, filwaqt li gawdew l-ispazju msebbaħ u miftuħ li issa qed toffri Pjazza San Ġorġ.
Fost dawn l-attivitajiet kien hemm wirjamill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, mill-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta,  kif ukoll numru ta’ stands  b’esebizzjoni ta’ tpinġijiet u charts li l-istudenti nfushom ippreparaw dwar din l-istess pjazza.
It-tfal ingħataw ukoll pots b’żerriegħa ta’siġar indiġeni Maltin mill-kampanja 34U.  L-istudenti kellhom ukoll l-opportunita’ li jżuru l-armerija u l-kmamar statali tal-Palazz tal-Gran Mastru. Din l-attivita’ se terġa’ tirrepeti ruħa għada filgħodu għat-tfal u l-familji kollha.
Għal din l-attivita’ attenda wkoll il-Ministrugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, li  filwaqt li pparteċipa mat-tfal, saħaq li anki fil-proġett ta’ tisbiħ ta’ din il-pjazza, il-Gvern ħa ħsieb li jieħu miżuri ambjentali. F’dak li hu fisser bħala l-ekoloġija tal-pjazza, il-Ministru Pullicino spjega kif il-lampi tal-pjazza huma kollha energy saving filwaqt li l-ilma tal-funtana ma jintremiex iżda jinżamm f’ġibjun u jibqa’ jiġi riċiklat.
L-attivitajiet fi Pjazza San Ġorġ – il-pjazzatal-poplu, se jkomplu fi tmiem il-ġimgħa permezz tal-festa tal-inbejjed ta’ kwalita’.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow