Tnedija tal-Ktieb ‘Innovators in Maltese Education’
pr2145
11/12/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u | Sport, l-Onor. Dolores Cristina sellmet lill-professjoni tal-għalliema u tat ġieħ lil numru ta’ edukaturi li fil-kwiet u mingħajr daqq ta’ trombi, daħħlu riformi importanti fis-sistema edukattiv. |
| F’diskors li għamlet fit-tnedija tal-ktieb | “Innovators in Maltese Education”, il-Ministru Cristina qalet li din l-okkażjoni qed issir biex jintlaħqu żewġ objettivi importanti, l-ewwel li jitnieda l-ktieb “Innovators in Maltese Education” u fl-istess waqt, jintwera l-apprezzament tas-soċjeta’ lejn il-professjoni tal-għalliema li taw kontribut kbir tul is-snin, biex pajjiżna jinsab fejn hu llum. Professjoni li hi rappreżentata fi trade union li bħalissa qed tiċċelebra egħluq id-90 sena mit-twaqqif tagħha. |
| Dawn | iż-żewġ objettivi huma kumplimentari għal xulxin. It-tnejn jagħtu ġieħ lill-edukaturi. Fil-ktieb hemm referenza għall-ħidma ta’ madwar 20 edukatur li introduċew suġġetti ġodda jew aġġornaw suġġetti oħra fil-kurrikulu tal-iskejjel tagħna filwaqt li hemm oħrajn li kienu strumentali fl-introduzzjoni ta’ servizzi għall-istudenti. |
| Il-Ministru Cristina qalet li f’din l-okkażjoni | tispikka l-ħidma tal-għalliema u r-relazzjoni bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Malta Union of Teachers. |
| Kważi dejjem, il-Ministeru u l-Union ikunu fuq | naħat opposti tal-istess mejda. “Hu naturali li ż-żewġ naħat mhux dejjem naqblu anzi fil-parti l-kbira tal-każi nitilqu minn pożizzjonijiet diverġenti, iżda mbagħad bid-diskussjoni, bil-għaqal, bin-negozjar, billi kull naħa ċċedi biċċa, naslu għal ftehim. Għax fuq kollox l-interess taż-żewġ naħat hu l-interess tal-għalliema u tas-sistema edukattiv ta’ pajjiżna.” qalet il-Ministru Cristina. |
| Hu | fatt magħruf li bil-ħidma taż-żewġ naħat ħarġu diversi miżuri li taw bixra ġdida lill-edukazzjoni f’pajjiżna. Permezz ta’ din il-ħidma bejn il-Gvern u l-Union, inħoloq il-grad ta’ Education Officers, l-għalliema ngħataw status ta’ professjonisti u bil-ftehim tal-2007 ingħata bidu għall-riforma kbira fil-qasam tal-edukazzjoni li qed inkomplu nimplimentaw bħalissa. |
| Il-Ministru Cristina fakkret fir-riformi li | għaddejjin bħalissa fil-qasam edukattiv fosthom il-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja, riforma fil-qasam tal-iSkejjel Speċjali, bidla fiċ-Ċertifikat ta’ Tmiem is-Sekondarja u r-riforma fil-Kurrikulu Nazzjonali fost l-oħrajn. |
| Barra minn hekk, ġiet introdotta policy | dwar il-kisba ta’ ħiliet bażiċi fil-Primarja u strateġija dwar it-tagħlim tax-xjenza, għax nemmnu li hemm bżonn li aktar tfal jersqu lejn dan is-suġġett. |
| Dan | hu tibdil u aġġornament importanti li, biex jirnexxi, jinħtieġ l-għajnuna u l-koperazzjoni ta’ kulħadd, fosthom l-għalliema, l-amministraturi, il-ġenituri u l-istess studenti. Għalhekk il-Ministru Cristina reġgħet ħadet din l-opportunita’ biex tappella lil dawk kollha konċernati, ewlenin fosthom l-għalliema, biex jaħdmu flimkien għas-suċċess ta’ dawn ir-riformi importanti. |
| Hi | rringrazzjat lil Joe Sammut u Charles Magro, iż-żewġ awturi tal-ktieb għal biċċa xogħol li għamlu f’dan il-ktieb. Kien ħsieb verament tajjeb li dawn il-protagonisti tar-riformi u innovazzjonijiet fl-edukazzjoni, jingħataw kredtu billi tkun rekordjata għall-posterita’ l-ħidma li wettqu. Tajjeb li dawn ir-riformi li jitkellem dwarhom il-ktieb, kellhom jingħataw wiċċ u data, għax dawn ma waqgħux mis-sema, imma kien hemm min ħadem għalihom. Dawn in-nies jixirqilhom ir-ringrazzjamenti tagħna lkoll. |
| Grazzi partikolari lill-ex Ministru | tal-Edukazzjoni, il-President Emeritus Dr Ugo Mifsud Bonnici, li kiteb l-introduzzjoni għal dan il-ktieb; lis-Sur Joe Micallef li ddisinja l-ktieb, il-kontributuri u lil Joe Sammut u Charles Magro, li ħadu ħsieb jeditjaw u jippublikaw dan il-ktieb importanti fl-istorja tal-edukazzjoni ta’ pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990