Bord tad-Diretturi tal-Awtorità l-ġdida għat-Trasport f’Malta
pr2140
11/12/2009
| L-Att dwar l-Awtorità għat-Trasport f’Malta | jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010 u minn dakinhar, din l-Awtorità tieħu l-funzjonijiet u poteri kollha li jirregolaw it-trasport bl-art, bil-baħar u bl-ajru. |
| L-Awtorità ser tiġbor fi ħdanha r-rwoli li | sal-lum kienu tal-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta (ADT) għat-trasport bl-art u t-toroq, il-Malta Maritime Authority (MMA) għat-trasport bil-baħar u d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili (DCA) għat-trasport bl-ajru. Il-konsolidazzjoni ta’ dawn ir-rwoli f’Awtorità waħda għandu l-għan li joħloq sinerġiji fir-regolamentazzjoni tas-settur tat-trasport u jibni qafas aktar effettiv fuq kull livell kif ukoll opportunitajiet għall-impjegati. |
| Il-Kabinett approva l-membri tal-Bord | tad-Diretturi tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta li issa ser ikollha lis-Sur Mark Portelli bħala Chairman tagħha, flimkien ma’ għaxar membri oħra. |
| L-Awtorità l-ġdida ser ikollha wkoll erba’ | ‘Supervisory Committees’ li jiffukaw fuq l-attivitajiet prinċipali ta’ l-Awtorità . |
· Il-kumitat tal-affarijiet Marittimi ser ikollu lis-Sur Joe Degabriele bħala Chairman.
· Il-kumitat tal-affarijiet ta’ l-Avjazjoni ser ikollu lis-Sur Chris Grech bħala Chairman.
· Il-kumitat tat-trasport bl-art ser ikollu lis-Sur Simon Vella bħala Chairman; u
· l-kumitat tat-toroq u proġetti infrastrutturali ser ikollu lis-Sur Jonathan Vella bħala Chairman.
| Kull | Chairman ta’ ‘Supervisory Commitee’ huwa wkoll membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità. |
| Il-membri l-oħra tal-Bord tad-Diretturi huma | David Stellini, Louisa Bonello, Veronica Zammit Tabona, Helen Camilleri, Andrew Sacco u Chris Degiorgio. |
| Minbarra ċ-Chairmen imsemmija hawn fuq, | is-‘Supervisory Commitee’ huma magħmulin ukoll minn Francesca Mamo u Alfred Aquilina fil-kumitat marittimu, Stephen Muscat u Malcolm Custò fil-kumitat tat-trasport bl-art u Sammy Rapa u Ray Busutill fil-kumitat dwar l-infrastruttura. |
| Ic-Chairman u d-diretturi ta’ l-Awtorità illum | bdew serje ta’ laqgħat ma’ l-impjegati ta’ l-Awtorità fuq kull livell. Laqgħat saru u ser ikomplu jsiru ukoll mal-Union Ħaddiema Maqgħudin li tirrappreżenta l-ħaddiema ta’ l-Awtoritàjiet fil-forma preżenti tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990