Promozzjoni ta’ nbejjed Maltin ta’ kwalita’ fiċ-ċentru tal-Belt Valletta
pr2137
10/12/2009
| Il-ġimgħa ta’ attivitajiet biex tfakkar | l-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ tisbieħ li sar fi Pjazza San Ġorġ, ser tiġi fi tmiemha permezz ta’ Festa ta’ Inbejjed Maltin ta’ Kwalita’. Din il-festa ser tittella’ għada l-Ġimgħa 11, u s-Sibt 12 ta’ Diċembru mis-7.00 p.m. ‘l quddiem fil-pjazza ta’ quddiem il-Palazz, fil-Belt Valletta. |
| Għal | din l-okkażjoni, l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali stieden lill-produtturi lokali ta’ nbejjed ta’ kwalita’ biex jipparteċipaw u ġiet ikkonfermata l-preżenza ta’ Camilleri Wines, Delicata Winemakers, Marsovin, Meridiana u Montekristo. Ser jieħdu sehem ukoll is-Soċjeta’ Vitikultura li hija l-għaqda li tiġbor fiha l-bdiewa li jkabbru d-dwieli, li jipproduċu l-għeneb għall-għasir. |
| F’din l-attivita’ wieħed ser ikun jista’ jduq u | jixtri nbejjed lokali ta’ kwalita’ u ser ikun hemm ukoll tagħrif importanti ieħor dwar l-inbid u l-produzzjoni tiegħu. |
| Fis-serata ta’ għada l-Ġimgħa, 11 ta’ Diċembru, | ser ikun hemm divertiment li ser ikun ipprovdut mill-Freddie Mizzi Big Band u kunċert ta’ mużika Maltija minn Spiteri Lucas Band, bis-sehem ta’ uħud fost l-aqwa kantanti Maltin. |
| Għas-serata tas-Sibt, 12 ta’ Diċembru, ser ikun | hemm wirjiet mill-Astra Folk Group, in-Nafra Folk Ensemble u mill-grupp Jazzin Up, li ser ikunu akkumpanjati mill-kantant Ludwig Galea. |
| Id-dħul għal din l-attivita’, li hija parti | mill-kampanja ta’ promozzjoni Naturalment Malti, huwa b’xejn. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990