Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, FIL-FTUĦ TAL-ISKOLA PRIMARJA PEMBROKE (IL-KULLEĠĠ SANTA KLARA), PEMBROKE – L-ERBGĦA, 9 TA’ DIĊEMBRU 2009

pr2128
Date Icon 09/12/2009
Onor Prim Ministru u Sinjura GonziMr. Speaker, Onor. Kollegi, Sinjuri,
Din hi t-tieni skola ġdida, mibnija mill-Fondazzjonigħall-Iskejjel ta’ Għada, li għandi l-pjaċir nattendi għall-ftuħ uffiċjali tagħha bhala Ministru tal-Edukazzjoni flimkien mal-Prim Ministru. L-ewwel waħda li attendejt kienet l-Iskola Sekondarja tas-Subien tal-Kulleġġ Santa Margerita,f’Bormla.
Din hi skola primarja u l-ħtiġijiet tagħhahuma ferm differenti minn dawk ta’ skola sekondarja. Iżda l-iskejjel ġodda nbnew fuq l-ogħla livell kif jixraq lit-tfal tagħna. Dan grazzi għad-dedikazzjoni, il-professjonalita’ u d-dinamiżmu tal-Fondazzjoni mmexxija mis-Sur Ray Fenech u s-Sur Charles Farrugia li flimkien mal-ħaddiema tagħhom nixtieq nirringrazzjahom għax-xogħol ferm utli tagħhom.
La bdejt bir-ringrazzjamenti, ippermettulinirrinrazzja wkoll lill-predeċessur tiegħi, Dr. Louis Galea li llum qiegħed ukoll magħna, li kien fi żmienu li tpoġġiet l-ewwel ġebla ta’ din l-iskola u li kien hu li ispira t-twaqqif tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada.
Kif dejjem insostnu, għalkemm hu importantili l-ambjent tal-iskola u l-bini jkunu tajbin u sbieħ, l-edukazzjoni ta’ uliedna titlob ħafna aktar minn hekk. U aħna impenjati, kif intwera fil-Baġit li għadu kif kien approvat mill-Parlament, li nibqgħu ninvestu bil-kbir fl-edukazzjoni biex lit-tfal tagħna nagħtuhom l-aħjar, kif jixirqilhom.
Il-qasam tal-Edukazzjoni bħalissa hu għaddejminn rivoluzzjoni siekta iżda importanti. Qed isir ħafna tibdil fil-livelli kollha tal-Edukazzjoni – mis-snin bikrija sal-università u aktar ’l hinn ukoll.
Din is-sena se niftħu tliet Ċentri oħratac-Child Care. Wieħed minnhom proprju f’din l-iskola li jibda jilqa’ t-tfal fi ftit ġimgħat oħra. Ma’ dan, ċentru ieħor fis-Siġġiewi u ieħor f’Bormla, fejn diġà għandna, iżda ħassejna l-ħtieġa li jkollna ieħor. Il-ħsieb tagħna hu li jkollna almenu Childcare Centre f’kull wieħed mill-10 Kulleġġi li għandna. Meta jinfetħu t-tliet centri li semmejt, fl-aħħar tliet snin inkunu pprovdejna 500 post fic-Childcare Centres tal-Gvern. Dan barra inċentivi li qed nagħtu biex jinfetħu ċentri oħra mill-privat.
Fil-qasam tal-Kindergarten ukoll għaddejinb’ħafna xogħol. Dan hu settur importanti li fih inpoġġu l-pedamenti għall-futur ta’ uliedna. Diversi Kulleġġi qed jieħdu inizjattivi interessanti f’dan il-qasam u minn din is-sena qed nintroduċu l-kompjuters anke f’dawn il-klassijiet. Malta għandha ċertifikat mill-UE li 95.5% tat-tfal ta’ 4 snin jattendu l-kindergarten li hu ogħla mill-mejda Ewropea.
Ftit tal-jiem ilu ħabbarna d-dettaljitar-riforma fil-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja. Din ir-riforma hi maħsuba biex nassiguraw li ħadd minn uliedna ma jibqa’ lura u li nimxu lejn il-mira li 85% tal-istudenti tagħna jkomplu bl-edukazzjoni wara li jagħlqu s-16-il sena u 90% jispiċċaw is-sekondarja b’ċertifikazzjoni.
Permezz tar-riforma qed inneħħu l-għażla bejnl-istudenti u nneħħu t-timbru ta’ “mhux tajbin jew inqas tajbin” minn fuq numru ta’ tfal. It-tfal kollha għandhom it-tajjeb tagħhom. Min f’suġġett u min f’ieħor, min f’ħila u min f’oħra. U dawn irridu nikkultivawhom ilkoll u ngħinuhom biex jaslu fil-mixja edukattiva tagħhom billi nfasslu programmi skont il-ħtiġijiet ta’ kull wieħed u waħda minnhom.
Din hi riforma nazzjonali li tolqot mhux bissl-iskejjel tal-Istat imma wkoll dawk tal-Knisja u privati. Biex dan ikun jista’ jsir numru ta’ skejjel tal-Knisja ħabbru li se jestendu u jiftħu wkoll fil-livell primarju jew sekondarju skont il-każ. Il-Gvern se jgħin billi apparti jħallas is-salarji tal-għalliema ġodda li se jkun hemm bżonn, se jagħti wkoll rifużjoni ta’ 15.2% fuq l-ispejjeż li jsiru għall-bini u l-attrezzar tal-klassijiet il-ġodda fl-iskejjel tal-Knisja.
Il-bidla li qed nagħmlu fil-Mixja mill-Primarjagħas-Sekondarja tolqot l-aktar lit-tfal tal-iskejjel primarji, fosthom it-tfal li jattendu din l-iskola. Diġà s-sena li għaddiet tajna d-dritt tar-resit lil dawk li weħlu minn wieħed mill-ħames eżamijiet tal-Junior Lyceum u dan iċ-ċans se jingħata wkoll din is-sena. Barra minn dan, din is-sena flok ħames eżamijiet se jsiru erba’ u mis-sena d-dieħla mbagħad tidħol ir-riforma sħiħa billi ma jibqgħux l-eżamijiet tal-Junior Lyceum u tal-Common Entrance u flokhom isir eżami nazzjonali, għat-tfal mill-iskejjel kollha, fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika.
Ma’ dan qed nirrevedu wkoll il-KurrikuluNazzjonali biex nagħtu spazju akbar għat-tagħlim u l-prattika ta’ suġġetti oħra, u ntroduċejna politika li tassigura li t-tfal kollha fil-primarja jiksbu l-ħiliet bażiċi fis-suġġetti l-aktar importanti. Qed naħdmu wkoll fuq strateġija biex inħajru aktar studenti jersqu lejn ix-xjenza.
Hekk kif din l-iskola hi mibnija fuq linji udisinji moderni kif jitolbu ż-żminijiet tal-lum, l-istess jista’ jingħad għall-attrezzar tal-iskejjel kemm f’dik li hi għamara kif ukoll l-għodda meħtieġa għat-tagħlim. Fost dawn insemmi l-kompjuters li għandna fil-klassijiet kollha. L-interactive White Boards li qed indaħħlu fil-Kulleġġi kollha, il-faċilitajiet sportivi u edukattivi, il-libreriji u għodod oħra meħtieġa biex jgħinu fl-iżvilupp sħiħ ta’ uliedna.
Iżda kif dejjem ngħidu, l-iskejjel ma humaxejn mingħajr l-għalliema. U aħna qed ninvestu wkoll biex ngħinu fl-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema tagħna. L-għalliema li minnhom jiddependi wkoll is-suċċess tar-riformi li qed nintroduċu u li minnhom jiddependi l-futur ta’ uliedna.
Għalhekk xtaqt nieħu din l-okkażjoni wkollbiex nirringrazzja lill-għalliema kollha għall-ħidma siewja tagħhom.
Nawgura li din l-iskola titgawda mit-tfal ta’Pembroke, is-Swieqi, l-Ibraġġ u l-inħawi tal-qrib u li tkun ta’ mudell għal skejjel oħra, mhux biss f’dak li hu bini imma wkoll fil-ġid li joħroġ minnha fl-interess ta’ uliedna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow