PRESEPJU HAJ F’ĦAL LIJA
pr2122
09/12/2009
| Il-bieraħ filgħaxija s-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said inawgura presepju ħaj f’Ħal Lija, imtella’ mis-Soċjetà San Andrija bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Lija. |
| Dan il-presepju li qed jinvolvi numru | sostanzjali ta’ residenti tal-lokal kif ukoll annimali ta’ veru, fih xmara artifiċjali, u hu maqsum f’xeni differenti li huma estiżi matul it-triq ewlenija f'Ħal-Lija, Triq San Andrija. |
| Waqt l-inawgurazzjoni, Dr Said faħħar l-inizjattivia | tas-Soċjetà volontarja San Andrija li taħdem fil-qasam kulturali, u wera apprezzament għad-dedikazzjoni tal-membri tagħha li ħadu ħsieb jarmaw il-presepju u li qed jipparteċipaw bħala protagonisti f’dan il-presepju ħaj. Chris Said tkellem dwar l-importanza tal-valur tal-volontarjat biex jiġu mtella’ atttivitajiet marbuta mat-tradizzjonijiet - f’dan il-każ attività marbuta mal-Milied. |
| Is-Segretarju Parlamentari faħħar ukoll | ir-rwol tal-Kunsill Lokali għall-impenn tiegħu li jgħin l-ghaqdiet tal-lokal jimirħu fil-ħidma tagħhom u joħolqu attivitajiet bl-involviment tal-komunità. |
| Dan il-presepju li issa ilu jiġi mtella’ għal | dawn l-aħħar 4 snin se jkun miftuħ fil-festi pubbliċi u f’kull tmiem il-ġimgħa sal-Milied. |
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990