Left arrow Go Back

SINDKI MILL-KALABRIJA JILTAQGĦU MA’ SINDKI GĦAWDXIN

pr2119
Date Icon 07/12/2009
Grupp ta’ sindkimir-reġjun tal-Kalabrija fl-Italja għamlu żjara ta’ ġurnata f’Għawdex fejn kellhom l-opportunità li jżuru diversi postijiet ta’ interess u jiltaqgħu mas-sindki Għawdxin.
Id-delegazzjoninġabet Malta minn Link School of English u kienet immexxija minn Giuseppe Scopelliti Sindku ta’ Reggio Calabria.
Is-SindkuScopelliti qed imexxi proġett li permezz tiegħu jrid jara r-rabtiet bejn il-Kalabrija u Malta jissaħħu u li tiġi promossa Malta fir-reġjun tal-Kalabrija.  Ma’ Scopelliti f’Malta ġew is-sindki kollha mir-reġjun tal-Kalabrija li huma interessati f’dan il-proġett.  Matul din iż-żjara s-sindki setgħu jsiru jafu aktar dwar ix-xogħol li diġà sar u dwar il-pjani li hemm għall-futur.
Waqt laqgħa li saret fis-Sentinella fiċ-Ċittadella,is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said irringrazzja lil Scopelliti għax-xogħol li qed jagħmel biex isaħħaħ ir-rabtiet ma’ Malta.  Huwa qal li grazzi għall-kollaborazzjoni ma’ Link School of English madwar 7,000 student żaru Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż.  Dan ġie megħjun ukoll mill-fatt li l-Air Malta qed topera vjaġġi lejn Reggio kuljum.
Chris Said faħħar din l-inizjattiva fejn il-miżatitat-tagħlim u l-ispejjeż tal-ajru qed jiġu sussidjati mill-muniċipalità. Chris Said esprima x-xewqa li issa jkun hemm ukoll l-opportunità li studenti Maltin iżuru r-reġjun tal-Kalabrija fuq programmi kulturali, inizjattivi sportivi u studju tal-lingwa Taljana fl-Università Dante Alighieri.
Is-Segretarju Parlamentari semma wkoll il-kollaborazzjonidiretta mal-kumpanija ta’ produzzjoni televiżiva bażata f’Għawdex CVC Ltd li wasslet għal żjara edukattiva fin-naħa t’isfel tal-Kalabrija. Hawn sar dokumentarju speċjali dwar ir-reġjun u kull ġimgħa qed jidher slot ta’ informazzjoni dwar lokalitaijet differenti fil-Kalabrija fuq it-televiżjoni nazzjonali. S’issa ġiet imxandra informazzjoni dwar Reggio, Villa San Giovanni, Scilla, Tropea, il-muntanji Aspromonte u Gambaria Gerace.
Chris Said awgura li din l-ewwel laqgħa bejnis-sindki tal-Kalabrija u s-sindki Għawdxin twassal għal riżultati pożittivi u għal suċċess akbar tal-inizjattiva anki permezz ta’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow