Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-PROĠETT TA’ TISBIĦ TA’ PJAZZA SAN ĠORĠ, FIL-BELT VALLETTA. – IL-ĦADD,  6 TA’ DIĊEMBRU 2009

pr2115
Date Icon 06/12/2009
IL-POPLU MALTI F’DIN IL-PJAZZAFISSER FEHMTU U QALBU, ISSIELET U ĊĊELEBRA, ŻVILUPPA U KIBER–  Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi
L-okażjoni tal-lejla ġabritnalkoll fil-qalba tal-Belt Kapitali tagħna; fil-pjazza li kienet xhud tal-istorja ta’ ġensna sa minn meta l-Belt Valletta saret il-Belt Kapitali tal-poplu tagħna. Hija l-pjazza li tirrappreżenta l-fus li madwaru jduru l-erba’ irjiħat ta’ din il-Belt sabiħa u maestuża. Hi pjazza li tirrappreżenta l-metafora ta’ poplu Ewropew li kiber mal-istorja, li sawwar lilu nnifsu, li minn hawnhekk ħalla impronta fuq ġrajjiet kbar li seħħew mhux biss f’pajjiżna, imma wkoll fir-reġjun tagħna, fil-Mediterran u fl-Ewropa.
Hi pjazza li għandha storja fl-imgħoddi daqskemm għandha leħen fil preżent. Hi l-pjazza li tagħti l-kontribut mhux biss għall-istorja u l-identità tagħna, iżda llum u fil-ġejjieni tkompli tilgħab parti importanti fl-attività ekonomika moderna, fil-kummerċ, fit-turiżmu, fil-politika, fl-attivitajiet tal-massa daqs kemm ukoll fl-attivitajiet tal-familja.
B’dak li qegħdin nagħmlu l-lejla rridu nurulilna nfusna x’nixtiequ nagħmlu minn pajjiżna. Dak li qegħdin nagħmlu l-lejla huwa att intenzjonat biex nieħdu lura l-pjazza li kienet insterqitilna mill-karrozzi ipparkjati u minflok inrodduha lura lil poplu tagħna – anzi lill-familji tagħna, lit-tfal tagħna, lil min iżurna u lil min huwa kburi b’dan il-wirt li aħna writna mingħand missirijietna u li issa rridu nrodduh lura lil uliedna.
Irrid infakkar lil kulħadd li l-inawgurazzjonital-lejla hi t-tieni minn sensiela ta’ proġetti u inizjattivi importanti biex Pjazza San Ġorġ tkun il-qalba vera ta’ din il-Belt kapitali tagħna. Il-proġett l-ieħor huwa minsuġ bl-aktar mod naturali mal-pjazza. Anzi, qegħdin proprju fid-dell tiegħu – il-Palazz tal-President – dak il-Palazz li aħna rriduh isir il-vetrina tal-identità, tal-kultura u tal-istorja tagħna l-Maltin. Biex dan iseħħ hemm bżonn li nwettqu l-aktar proġett ambizzjuż li ħabbarna s’issa – dak marbut mad-daħla tal-Belt u maċ-ċaqlieq tal-Parlament minn fejn hu llum, għal post ġdid li jkun jixraq lid-demokrazija żagħżugħa imma b’saħħitha li għandna fil gżejjer tagħna.
Ippermettuli nislet parti minn dak li qalis-Sindku tal-Belt Valletta Alexei Dingli fid-dokumentarju li rajna ftit tal-ħin ilu – il-Belt hija patrimonju nazzjonali, imma hija wkoll patrimonju dinji u aħna għandna obbligu li nħarsu, intejbu u nsebbħu dan il-wirt li għandna.
Din il-pjazza kull meta wieħed jgħaddi minnhafiha jara l-mera tal-passat b’ispirazzjoni moderna. Pjazza li għandha storja x’tirrakkonta għax IL-POPLU MALTI F’DIN IL-PJAZZA FISSER FEHMTU U QALBU, ISSIELET U ĊĊELEBRA, ŻVILUPPA U KIBER.

Iżda din mhix Pjazza li tqanqal biss memorji.  Hi pjazza li tkompli ssawwar l-istorja.  Mhix Pjazza tal-kartolini u u tal-parati biss.  Iżda hi pjazza ħajja.  Pjazza li fiha trid tara l-entużjażmu tan-nies, tat-tfal tagħna, tal-anzjani, tal-poplu tagħna u ta’ dawk li jżuruna. 

Il-proġett ta’ din il-Pjazza huwa wkoll ħolqaimportanti mill-katina li trid twassal biex il-Palazz jerġa’ jingħata l-istatus li jixraqlu.  Sa’ ftit ilu din il-Pjazza lanqas kienet tippermetti li wieħed igawdi u jammira l-ġmiel imprezzabbli tal-Palazz.  Il-Gvern imbarka fuq proġett biex jerġa’ jagħmel il-Palazz bħala ċ-ċentru tal-ħajja kulturali u storika ta’ pajjiżna.  Din il-pjazza se toffri entratura denja għal dan il-ġojjel u hu propju għalhekk li dan il-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ jorbot mar-riġenerazzjoni tal-Belt kapitali ta’ pajjiżna.  Aħna bħala Gvern irridu nħarsu ‘l quddiem u nkomplu ngħollu l-immaġini tal-Belt.
Id-disinn għalhekk jagħżel li jirispetta l-wirtarkitettoniku li bih hi mdawwra din il-pjazza. Hekk kif wieħed jersaq lejn din il-pjazza, l-attrazzjoni prinċipali jibqa’ l-Palazz. Huwa għalhekk li nbeda wkoll proġett ta’ restawr fuq il-Palazz. Is-sbuħija arkitettonika li l-faċċata toffri żgur li tpaxxi l-għajn u twassal lil dak li jkun li jibqa’ jħares ‘l fuq jammira s-sbuħija moħbija li dan ix-xogħol ta’ restawr, minn ħaddiema ta’ ħila, qed ikompli jikxef.  Dan ir-restawr jikkumplimenta dak li diġà sar fuq il-Biblioteka Nazzjonali u l-portiku ta’ taħtha.  Aħna napprezzaw il-wirt storiku ta’ pajjiżna u għalhekk inħosu l-bżonn kontinwu li ninvestu kemm nistgħu sabiex insalvaw u nħarsu dak li ħallewlna missirijietna b’tant sagrifiċċju. Irridu nħallu dawn il-monumenti arkitettoniċi fi stat tajjeb għalina u għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna; għalhekk dawn il-proġetti ma huma xejn ħlief investiment fil-passat għall-futur.
Dan proġett li mhux biss isebbaħ, iżda jkomplijsaħħaħ l-attività ekonomika u soċjali ta’ dawn l-inħawi. Irridu li din il-Pjazza tkun ta’ kalamita għal numru ta’ attivitajiet li jkomplu jiġġeneraw l-interess u n-negozju f’din il-parti tal-Belt.  Il-Belt Kapitali tagħna tilqa’ ġo fiha mhux biss lill-Maltin iżda wkoll lill-eluf kbar ta’ turisti li jżuru pajjiżna. Għalhekk jixraq li l-Gvern ikompli jagħmel l-isforzi kollha possibbli sabiex ikompli jtejjeb il-prodott turistiku.
Biex dan iseħħ ħabbarna li dħalna għal proġettambizzjuż ieħor, dak tar-restawr tal-fortifikazzjonijiet tagħna – proġett li għandu jkompli jpoġġi lil pajjiżna bħala destinazzjoni unika u speċjali li ma għandhiex replika mkien ieħor.
Il-ġmiel ta’ pajjiżna u l-ħiliet tal-ħaddiematagħna huma l-aqwa riżorsi ta’ dan il-pajjiż u hu għalhekk li aħna rridu nkomplu ninvestu bis-sħiħ fi proġetti kapitali kbar, fosthom fil-Belt Valletta. Minn dawn il-proġetti jgawdi kulħadd, igawdu dawk li jaħdmu fuq il-proġetti iżda fuq kollox igawdi l-pajjiż li aktar ma jmur aktar isir attraenti filwaqt li jkompli jingħata d-dehra u d-dinjità li tixraqlu.
Minn Pjazza San Ġorġ se nkomplu flimkienniżviluppaw l-identità tagħna, l-identità ta’ pajjiżna.  Se nkomplu niżviluppaw u se nkomplu nikbru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow