Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI L-ONOR DR JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-KOMPETITTIVITA’

pr2111
Date Icon 04/12/2009
Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa is-SegretarjuParlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi l-Onor Jason Azzopardi kien fi Brussel jattendi laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Kompetittivita’.
F’din il-laqgħa ġew diskussi bosta temifosthom il-qafas legali dwar l-industrija tal-gaming inkluz ir-remote gaming, suġġett li jeffetwa mill-viċin ‘l pajjżina.
Fl-intervent tiegħu Jason Azzopardi qal liMalta tieħu nota tar-Rapport tal-Presidenza dwar il-qafas legali tal-industrija tal-gaming, filwaqt li turi id-diżappunt tagħha li dan ir-rapport ma jirriflettix id-diskussjoni li saret fil-grupp ta’ ħidma bejn l-istati membri dwar dan is-suġġett.
Is-suġġett tal-gaming kien diskuss mill-istatimembri tal-UE, iżda r-rapport tal-presidenza li tħejja wara dawn id-diskussjonijiet ma kienx qed jirrifletti dak li ġie diskuss.
Fid-dawl ta’ dan Malta qed targumenta li mataqbilx mar-rakkomandazzjoni li id-diskussjonijiet għandom jibqgħhu isiru, ladarba dawn mhux jirriflettu skop ċar għalfejn qiegħdin isiru.
Għalhekk flimkien mar-Renju Unit illi esprimal-istess pożizzjoni, Malta għamlet dikjarazzjoni f’dan ir-rigward biex tiġi miżjuda fil-minuti tal-Kunsill. Tali proposta ġiet aċċettata.
Fost it-temi l-oħra li ġew diskussi kien hemm,il-patent Ewropew li esperjenza żblokk wara 47 sena ta’ diskussjonijiet, it-twaqqif tal-kumpanija privata Ewropea, Proposta ta’ direttiva għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumatur u l-prioritajiet tal-Presidenza Spanjola.
Il-Kunsill tal-Ministri kellu ukoll laqgħaprivata ma’ l-għola diriġenti tal-kumpanija tal-karozzi Amerikana GM, fil-preżenza tal-Kummissarji Verheugen u Kroes, dwar l-aħħar pjan ta’ ristrutturar tal-GM fl-Ewropa u l-kompatibilita’ tiegħu mar-regoli tal-Unjoni Ewropea ta’ State Aid.
Jakkumpanjaw ‘l Jason Azzopardi kien hemmLino Mintoff Kap tas-Segretarjat għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet kif ukoll Anton Spiteri, direttur għall-Affarjiet Ewropej.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow