Left arrow Go Back

IN-NUNZJU APPOSTOLIKU F’MALTA IŻUR DAR ARKA F’GĦAWDEX

pr2107
Date Icon 04/12/2009
Fl-okkażjoni tal-ġimgħa ddedikata għalpersuni b’diżabilità, in-Nunzju Appostoliku f’Malta, Mons. Tommaso Caputo kien mistieden għal żjara uffiċjali f’Dar Arka f’Għajnsielem.
Waqt din iż-żjara, Mons. Emmanuel Curmi,Direttur tal-Fondazzjoni Arka, li tmexxi din id-dar, dawwar lin-Nunzju Appostoliku mal-faċilitajiet u s-servizzi li jingħataw f’Dar Arka. Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono u l-E.T. l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.
Il-Ministru Giovanna Debono qalet li l-impennu d-dedikazzjoni tal-Fondazzjoni Arka, u l-ħidma valida li din qed twettaq b’risq dawk li jeħtieġu s-servizzi ta’ l-Arka Respite Centre, jagħtu kontribut siewi fil-qasam soċjali marbut ma’ dawk il-persuni b’diżabilità f’Għawdex.
Il-Fondazzjoni Arka f’Għawdex hiorganizzazzjoni mhux governattiva (NGO) li ilha tieħu ħsieb individwi bi bżonnijiet speċjali għal dawn l-aħħar snin. Il-Fondazzjoni, permezz tar-Respite Centre, tieħu ħsieb persuni bi bżonnijiet speċjali kemm fuq bażi permanenti kif ukoll fuq bażi temporanja.
It-tmexxija ta’ Dar Arka tiddependi fuqil-ġenerożità ta’ benefatturi u donazzjonijiet mill-pubbliku.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow